Mark Cachia
Mark Cachia (twieled fit-12 ta` Diċembru 1982) beda jistudja l-mużika fl-eta` ta` 6 snin fejn speċjailżża fil-pjanu. Hu kompla l-istudji tiegħu fl-Universita` ta` Malta fejn gradwa fil-B.A. (Hons.) fil-Mużika, P.G.C.E., kif ukoll Masters fil-Mużika (M.Mus.) fejn speċjalizza fil-kompożizzjoni. Hu jaħdem ħafna fil-volontarjat kemm f’għaqdiet mużikali f’raħal twelidu, il-Mellieha, kif ukoll maż-żgħażagħ Melleħin (Mellieha Youth). Hu jagħti sehem ukoll f’diversi kunċerti għall-karita` li jorganiżża mal-grupp mużikali “JAMM Band” (li hu jagħamel parti minnha) flimkien ma` għaqdiet oħra. Mark jaħdem bħala għalliem tal-mużika fl-iskola Medja tan-Naxxar fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina. Fil-konkors ‘L-Għanja tal-Poplu’, Mark kien ipparteċipa fid-39 edizzjoni fejn kien rebaħ l-aħjar kantawtur bil-kanzunetta “Waqt li qed Nitfi d-Dawl”, kif ukoll fil-41 edizzjoni bil-kanzunetta “Kliem ix-Xiħ”.
Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:
Il-kanzunetta “L-Aħħar Żifna” tlaqqana ma’ pjanist li waqt li jkun fuq xogħlu jdoqq, jieħu gost u jammira jara l-koppji jiżfnu. Speċjalment ċertu mara li tidher li tħobb ż-żfin daqs kemm il-pjanist iħobb il-mużika. Sfortunatament dak li jidher mhux dejjem ikun ward u żahar, fil-fatt ġimgħa wara ġimgħa l-pjanist jibda jinnota ċertu affarijiet li jġiegħluh jaħseb li din il-mara aktarx kienet għaddejja minn abbuż domestiku u l-ħati aktarx hu proprju dak li hi tkun qed tiżfen miegħu. Għalhekk il-pjanist fi ħsibijietu jitlob lill-mara biex ma tiżfinx mar-raġel li qed isawwatha għaliex fil-fond ta’ qalbu qed iħosssu kompliċi daqs dak li qed iwettqu.