Jitħabbru il-kanzunetti finalisti
L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija (40 Ed)
Dawn huma it-18 il-kanzunetti finalisti f’ordni alfabetika ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija
Kanzunetta | Awtur | Kompożitur |
Bħal Tifla Zghira | Rita Pace | Marco Debono |
Ħabta u Sabta | Andy Muscat | Mark Scicluna |
Ħallejt il-Passi Wrajk | Paul Ellul | Glen Vella |
Ħanini | Walter Micallef | Walter Micallef |
Id-Dieher | Augusto Cardinali | Augusto Cardinali |
Il-Biża’ u Jien | Rita Pace | Pamela Bezzina |
Is-Sinjur | Emil Calleja Bayliss | Mark Scicluna |
Jien Biss | Joe Julian Farrugia | Dominic Cini |
Ma Ninsiex | Joe Julian Farrugia | Augusto Cardinali |
Mellisni | Joe Chircop | Mark Spiteri Lucas |
Ngħidlek | Joe Julian Farrugia | Miriam Christine |
Pupa tal-Plastik | Paul Ellul | Marco Debono |
Ta’ Billejl | Paul Ellul | Mark Spiteri Lucas |
Tama | Shyli, Jasmar, Kapitlu Tlettax | DJ Mac, David Leguesse, Shyli |
Taptipa fuq l-Ispallejn | Emil Calleja Bayliss | Pamela Bezzina |
Waħdi Miegħek | Ingrid Vella | Kaya |
Xagħar Twil | Ingrid Vella | Mark Laurence Zammit |
X’Se Jsir? | Corazon Mizzi | Corazon Mizzi |
Il-ġurija li ġġudikat il-kanzunetti kienet komposta mis-sinjuri Adrian Mamo, David Azzopardi, Martina Caruana, Miriam Cassar, Noel D’Anastas u Vince Fabri. Il-festival ser jiżvolġi xahrejn oħra fi Pjazza Teatru Irjal. Is-serata tas-semi-finali ser issir nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju fejn jintagħżlu l-aħjar 12-il kanzunetta, u s-Sibt 9 ta’ Lulju issir is-serata finali fejn jitħabbru r-rebbieħa tal-40 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija.
Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Spazju Kreattiv, il-KunsilI Malti għall-Arti u l-PBS. L-orkestra tal-PBS ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-Festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.
Il-lista’ tal-kantanti parteċipanti titħabbar hekk kif tkun konfermata. Iktar tagħrif jinstab fuq www.ghanjfest.com jew FB GhanjaTalPoplu