Alfred C. Sant – Ħsieb profond fuq Lanċa Ġejja u L-Oħra Sejra
Trevor Zahra – waqt il-Forum – Orizzonti Ġodda għall-Kanzunetta Maltija
Manwel Mifsud – L-Għanja Maltija – L-Għeruq u l-Fattizzi Tagħha
Forum : Orizzonti Ġodda għall-Kanzunetta Maltija
ORIZZONTI ĠODDA GĦALL-KANZUNETTA MALTIJA
Forum dwar il-kanzunetta Maltija bl-ilsien Malti
organizzat mill-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Cultural Partnership Agreement bejn L-Għanja tal-Poplu u l-Kunsill Malti għall-Arti
L-awturi, kompożituri, kantanti, gruppi mużikali, preżentaturi tal-kanzunetta Maltija, disk-jockeys, organizzaturi, ġurnalisti u persuni oħra interessati fil-kanzunetta Maltija huma mistiedna jattendu għal Forum dwar Il-Kanzunetta Maltija bl-Ilsien Malti, organizzat mill-Kumitat tal-Għanja tal-Poplu.
Il-forum se jlaqqa’ flimkien lil kull min hu interessat fil-kanzunetta Maltija, u għalhekk għandu jkun okkażjoni tajba biex nisimgħu l-ideat u l-esperjenzi ta’ professjonisti u persuni intiżi fil-qasam tal-kanzunetta, u nħalltu u naqsmu magħhom l-esperjenzi tagħna. Kemm jista’ jkun, l-ideat se jkunu mqiegħda fil-prattika u b’referenza għal kompożizzjonijiet magħrufa.
Il-Forum se jsir f’żewġ Sibtijiet: fl-14 u fil-21 ta’ Jannar 2017, fi Project House, Belt is-Sebħ Floriana.
l-kelliema prinċipali se jkunu Manwel Mifsud, Joe Friggier u Corazon Mizzi,u jmexxi d-diskussjonijiet Vince Fabri. Fost kelliema oħra ser ikun hemm Walter Micallef, Mario Vella (Brikkuni), Paul Ellul, Philip Vella, Rita Pace, Andrew Vella ( The Travellersl ), Alex Vella Gregory, Daniel Cauchi (Big Band Brothers) u Noel D’Anastas, Mro Dominic Galea, Alfred C. Sant, Trevor Zahra u Kris Spiteri.
Jekk l-awtur, il-kompożitur u l-kantant ta’ kanzunetta li se tiddaħħal għall-festival L‑Għanja tal-Poplu (jew mill-inqas tnejn minnhom) ikunu attendew iż-żewġ laqgħat ta’ dan il-Forum, jingħatalhom rimbors ta’ 40% (li jiġi €20) mill-ħlas tal-applikazzjoni. Din l-attivita’ hija mingħajr ħlas. L-attendenza trid tkun ikkonfermata minn qabel.
Il-Koordinatur matul il-Forum se jkun Vince Fabri, u l-programm se jkun dan li ġej, u programm iktar iddettaljat jingħata iktar il-quddiem.
L-Ewwel Laqgħa – Is-Sibt, 14 ta’ Jannar fid-9.00 am | |
mid-9.00 | Kafè – Niltaqgħu flimkien |
1. Il-kanzunetta Maltija – l-għeruq u l-fattizzi tagħha | |
09.30 | Kelliem: Il-Prof. Manwel Mifsud |
10.00 | Diskussjoni f’panel |
10.30 | Diskussjoni miftuħa |
2. Il-kompożizzjoni tal-kanzunetta Maltija tista’ titjieb? |
|
11.00 | Imexxi d-diskussjoni : Vince Fabri
Diskussjoni f’panel: |
11.30 | Diskussjoni miftuħa |
12.00 pm | Ikel ħafif |
3. L-ilsien Malti bħala m edju mużikali | |
12.30 | Kelliema: Corazón Mizzi |
1.00 | Diskussjoni f’panel |
1.30 | Diskussjoni miftuħa |
2. 00 | L-għeluq tal-ġurnata |
It-Tieni Laqgħa – Is-Sibt, 21 ta’ Jannar fid-9.30 am | |
9.00 | Kafè – Niltaqgħu flimkien |
4. L-identità tal-kanzunetta Maltija | |
9.30 | Kelliem: Prof. Joe Friggieri |
10.00 | Diskussjoni f’panel |
10.30 | Diskussjoni miftuħa |
5. Il-ġejjieni tal-kanzunetta Maltija | |
11.00 | Imexxi d-diskussjoni : Vince Fabri
Diskussjoni f’panel |
11.40 | Diskussjoni miftuħa |
6. It-tnedija tal-Festival L-Għanja tal-Poplu 2017 | |
12.00 pm
12. 45 |
Konferenza Stampa mill-Kumitat tal-Għanja tal-Poplu
flimkien mal-kollaboraturi. It-tħabbir tal-Programm ta’ Ħidma 2017, u Linja Gwida. Bibita flimkien |
1.15 pm | L-għeluq tal-Forum |