It-tletin kanzunetta li daħlu għall-fażi semi-finali:
Kanzunetta | Kantant/a |
Bla Isem Bla Kunjom | Bradley DeBono |
Ċippitatu | Elisa Muscat |
Dwell | Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard |
Fil-Futur Qarib | Sheridan Balzan |
Ġejjieni | Nicole Mifsud |
Għerf il-Baħar | Thea Gauci |
Ħmistax | Thea Gauci |
Id Moħbija | Martina Abela |
Id-Daqqa tal-Vjolin | Nicole Hammett |
Il-Ballata Tal-Vjolin | Kira Copperstone |
Il-Ħolma | Riona Degiorgio |
Illużjoni | Shazay Grima |
Il-Verita’ | Charisse Ann Vassallo |
Kieku Nista | Thea Aquilina |
Kliem | Eeliana Gomez Blanco |
Li Tiżra Taħsad | Rachel Lowell |
L-Identita’ | Bradley DeBono |
Ma Kienx ta’ Xejn | Aidan Jay Drakard |
Ma Nafx Għala | Martina Galea Lofreda |
Manikkin | Luana Schembri |
Mhux Tagħna | Kacey Azzopardi |
Moħħ ta’ Tifla | Martina Galea Lofreda |
Nann | Kristy Spiteri |
Nanna | Kayley Cuschieri |
Sib Ħin | Elisa Muscat |
Skont id-Daqqa ż-Żifna | Kira Copperstone |
Stennejtek | Nathan Psaila |
Ta’ Rasi | Emma Cutajar |
Triq Oħra | Ilenia Camilleri |
Weġibni Ma | Jahel Cardona |
Il-kanzunetti tas-semi-finali ser ikunu kantati live quddiem ġurija esperta nhar is-Sibt 2 ta’ Diċembru 2017, fejn mit-tletin semi-finalista jintgħażlu s-sittax il-kanzunetta li ser jieħdu sehem fl-istadju finali. Il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ser tittella’ l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018. Filgħodu il-kanzunetti jitkantaw quddiem udjenza mill-iskejjel fejn ser ikun hemm ġurija żagħżugħa, u filgħaxija tittella’ l-aħħar serata li tkun miftuħa għall-publiku in ġenerali, u jitħabbru r-rebbieħa. Il-kantanti ser ikunu akkumpanjati minn selezzjoni ta’ elementi mill-Malta Concert Orchestra.
L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri grupp ta’ mużiċisti li ser jakkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown, b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.
L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement .