Xogħol part-time mal-Għanja tal-Poplu.
L-Għanja tal-Poplu hija organizzazjoni volontarja li għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-kitba u l-kompożizzjoni ta’ kanzunetti bl-ilsien Malti. L-Għanja tal-Poplu torganizza diversi attivitajiet matul is-sena fosthom il-festival L-Għanja tal-Poplu, L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ, u attivitajiet oħra matul is-sena.
L-organizzazzjoni L-Għanja tal-Poplu qed toffri tlett opportunitajiet ta’ xogħol fuq bażi part-time:
- PR & Marketing Manager: Sejħa miftuħa għal persuni kwalifikati.
- Kordinatur tal-Attivitajiet: għall-attivitajiet relatati mal-Għanja tal-Poplu.
- Assistent Amministratur: Sejħa miftuħa għal persuni kwalifikati u b’esperjenza.
Sejħa għal PR & Marketing Manager mal-Għanja tal-Poplu
L-Għanja tal-Poplu qed jistieden applikazzjonijiet għal PR & Marketing Manager (part-time). Ix-xogħol tal-PR & Marketing Manager huwa: li joħloq u jiġbor kontenut dwar l-Għanja tal-Poplu u jippublika informazzjoni, artikli, ritratti u videos relatati mal-Għanja tal-Poplu; jikkordina attivitajiet ta’ promozzjoni għall-attivitajiet relatati mal-festival.
Min ser japplika irid ikun familjari mal-użu tal-media l-ġdida: Website, Facebook,Youtube, Instagram, kif wkoll mal-media tradizzjonali: televiżjoni, radju, gazzetti u revisti u arkivjar ta’ fajls relatati mal-Festival.
Min japplika irid ikun lest jgħin fi ġbir ta’ fondi permezz ta’ sponsors jew reklamar.
Dan ix-xogħol jieħu madwar sitt sigħat fil-ġimgħa, ser jitħallas skont in-numru ta’ sigħat maħduma. Dan xogħol jintemm fl-aħħar tal-2018 u jista’ jiġġedded għas-sena 2019.
Il-persuna li tapplika trid tkun kwalifikata jew ta’ esperjenza fil-PR, trid tkun familjari fl-użu tal-kompjuter, u jkollha ħin biżżejjed biex twettaq dan ix-xogħol. Il-persuna trid tkun lesta li tattendi taħriġ fejn jidħol managment.
Dan ix-xogħol isir taħt is-superviżjoni tal-kumitat organizzattiv l-Għanja tal-Poplu.
Min irid japplika jibgħat CV u ittra ta’ applikazzjoni indirizzata lic-Chairperson L-Għanja tal-Poplu fl-email: ghanjatalpoplu@gmail.com sas-16 ta’ Frar 2018.
Il-Kumitat
L-Għanja tal-Poplu (VO/0574)
Sejħa għal Kordinatur tal-Attivitajiet mal-Għanja tal-Poplu
L-Għanja tal-Poplu qed jilqa’ applikazzjonijiet għal xogħol ta’ Kordinatur tal-Attivitajiet. Ix-xogħol tal-Kordinatur tal-Attivitajiet hu li jieħu ħsieb it-twettieq ta’:
- Il-festival L-Għanja tal-Poplu;
- Attivitajiet relatati mal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ;
- Laqgħat, worskhops u attivitajiet oħra matul is-sena.
Dan ix-xogħol jieħu madwar sitt sigħat fil-ġimgħa, ser jitħallas skont in-numru ta’ sigħat maħduma. Dan xogħol jintemm fl-aħħar tal-2018 u jista’ jiġġedded għas-sena 2019.
Il-persuna magħżula irid ikollha esperjenza u jkollha ħin biżżejjed biex twettaq dan ix-xogħol. Il-persuna trid tkun lesta li tattendi taħriġ fejn jidħol managment.
Dan ix-xogħol isir taħt is-superviżjoni tal-kumitat organizzattiv L-Għanja tal-Poplu.
Min irid japplika jibgħat CV u ittra ta’ applikazzjoni indirizzata lic-Chairperson L-Għanja tal-Poplu fl-email: ghanjatalpoplu@gmail.com sas-16 ta’ Frar 2018.
Il-Kumitat
L-Għanja tal-Poplu (VO/0574)
Sejħa għall-Assistent Amministratur mal-Għanja tal-Poplu
Dan l-irwol jirrispondi għall-Ammistratur tal-Għanja tal-Poplu.
L-Assistent-Amminstratur tkun persuna li tassisti lill-kumitat L-Għanja tal-Poplu billi:
- Flimkien mal-kumitat toħloq pjan annwali ta’ attivitajiet tal-organizzazzjoni skont id-direzzjoni tal-kumitat organizzattiv u tara li jitwettaq kif ukoll tikteb ir-rapporti meħtieġa.
- Taħdem biex il-festival jilħaq il-livell artistiku skont kif mixtieq mill-kumitat Għanja tal-Poplu.
- Tassisti lill-għaqda L-Għanja tal-Poplu twettaq l-obligi tagħha kemm bħala għaqda volontarja irreġistrata kif wkoll fil-ħidma tagħha ma’ imsieħba u entitajiet oħra.
- Tgħin lill-organizazzjoni fl-iżvilupp professjonali u capacity building.
- Timmaniġja l-
- Tara li l-accounts u r-records ikunu aġġornati.
- Tattendi għall-laqgħat marbuta mal-organizazzjoni meta jkun hemm bżonn.
Il-persuna li tapplika idejalment tkun:
- Familjari mal-festival L-Għanja tal-Poplu u l-organizazzjoni tiegħu.
- Familjari mal-ħidma tal-għaqdiet volontarji u proċeduri tal-gvern fis-settur artistiku.
- Ikollha esperjenza fil-produzzjonijiet artistiċi, u fl-amministrazzjoni.
- Tħaddan ħiliet komunikattivi tajbin.
Dan ix-xogħol jieħu madwar sitt sigħat fil-ġimgħa, ser jitħallas skont in-numru ta’ sigħat maħduma. Dan xogħol jintemm fl-aħħar tal-2018 u jista’ jiġġedded għas-sena 2019.
Min irid japplika jibghat CV u ittra ta’ applikazzjoni indirizzata lic-Chairperson L-Għanja tal-Poplu fl-email: ghanjatalpoplu@gmail.com sad-9 ta’ Frar 2018.