News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

Il-Kantanti Finalisti 2024

IR-REBBIEĦA TAT-48 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 3 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra. Għat-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu ġew sottomessi 120 kanzunetta oriġinali. Fil-finali r-rebbieħa intgħażlu minn ġurija esperta flimkien ma’ ġurija popolari. Il-ġurija popolari kienet magħmula minn membri tal-pubbliku kif wkoll membri tal-Malta Concert Orchestra. Il-kanzunetta ‘Għażiża’ interpretata minn Laura Bruno fuq kliem u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas ġiet ddikjarata L-Għanja tal-Poplu 2024. Il-kanzunetta titkellem dwar l-imħabba tal-omm. Il-firda meta tiġi nieqsa l-omm hija iebsa u dak li jkun jittama li l-omm xorta tibqa' tmexxih matul ħajtu. Laura Bruno ingħatat ukoll il-premju Enzo Gusman għall-aħjar interpretazzjoni. Il-kanzunetta ‘Namra’ kantata minn Florence Aquilina bi kliem u mużika tagħha ġiet ikklassifikata fit-tieni post. Florence Aquilina rebħet ukoll il-premju għall-aħjar kantawtur. Namra hija kanzunetta fuq ġesti, ħsibijiet, ħolm u tamiet ta’ meta jkollok namra lejn persuna. L-istil tal-kanzunetta huwa ‘celtic folk’. Fit-tielet post ikklassifikat il-kanzunetta ‘Fissidni’ interpretata minn Dario Bezzina, bi kliem u mużika ta’ l-istess Dario Bezzina. Il-kanzunetta tesprimi l-imħabba ta' bejn iben u [...]

Jintgħażlu l-Finalisti GħTP 2024

L-GĦANJA TAL-POPLU 2024

Jintgħażlu
l-Finalisti tat-48 Edizzjoni

Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2024 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. B’kollox ikkonkorrew 120 kanzunetta għat-48 edizzjoni li minnhom intgħażlu 41. Il-kanzunetti semifinalisti nstemgħu kantati live quddiem […]

Ippublikati r-Regolamenti 2024

KLIKKJA HAWN BIEX TAPPLIKA ONLINE

Titħabbar it-48 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024

Bi pjaċir inħabbru t-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fit-3 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-festival L-Għanja tal-Poplu joffri l-liberta’ lill-artisti tal-kanzunetta Maltija li jużaw […]

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top