Il-Festival fl-1 ta’ Settembru u l-kanzunetti jintlaqgħu f’nofs Mejju.
Wasalna biex nippublikaw ir-regolamenti ta’ dan il-festival li ser jkunu jixbħu lil dawk tas-sena li għaddiet.
Id-data tas-serata finali ta’ L-Għaja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija hija is-Sibt l-1 ta’ Settembru 2018. Ser nippublikaw ukoll id-dati tar-rehearsals.
Il-kanzunetti ser jintaqghu għall-nofs Mejju 2108.
Il-festival ser ikun fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Gruppi u kantawturi jistgħu wkoll jakkumpanjaw il-kanzunetti tagħhom, u jekk iridu flimkien mal-orkestra.
Se naħdmu biex ikun hemm firxa wiesgħa ta’ kantanti, kantawturi, gruppi, awturi, kompożituri jipparteċipaw f’dan il-festival.
Inkomplu ninkoraġġixxu l-liberta’ tal-għażla tal-istil mużikali, u l-espressjoni ħielsa permezz tal-lirika, u fl-istess ħin intejbu l-livell tar-recordings fuq is-CD.
Fl-istadju finali mistenni li l-kanzunetti ser ikunu iġġudikati minn ġurija popolari kif wkoll minn ġurija esperta.
Ir-regolamenti u iktar dettalji jingħataw fi żmien qarib.
Min għandu xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, iktbulna f’dan permezz tal-email ghanjatalpoplu@gmail.com