Laqgħa informattiva dwar L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija
fi Project House, il-Furjana
Il-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan il-festival huwa organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.
L-għan tal-festival L-Għanja tal-Poplu huwa li jgħolli l-livell tal-kanzunetta Maltija. Permezz ta’ dan il-festival jinħoloq sforz kollettiv mill-aritisti tal-kanzunetta Maltija biex jinħolqu kanzunetti ġodda ta’ kwalità. Minn naħa l-oħra l-organizzaturi tal-Għanja tal-Poplu flimkien mal-kollaboraturi jorganizzaw l-festival ta’ kwalità li jservi ta’ pjattaforma ta’ promozzjoni għall-kanzunetti finalisti.
F’dan il-festival l-artisti għandhom il-libertà li jiktbu u jikkomponu kanzunetti kif jixtiequ huma. Barra minn hekk jistgħu jagħżlu li jkollhom l-akkumpanjament tal-orkestra, jakkumpanjaw il-kanzunetti tagħhom stess, jew jakkumpanjaw il-kanzunetti tagħhom stess flimkien.
L-organizzatturi tal-festival ħabbru li ser iniedu Klabb Għanja li jħaddan fih artisti u persuni li jaħdmu favur il-kanzunetta Maltija bl-ilsien Malti. Permezz ta’ Klabb Għanja l-membri jistgħu joħolqu inizzjattivi ġodda favur il-kanzunetta Maltija. Barra minn hekk Klabb Għanja ser iservi ta’ vuċi għall-awturi u kompożituri u Kantanti tal-kanzunetta Maltija. Ġie ssuġġerit li l-membri ta’ dan il-klabb jkunu jistgħu jorganizzaw attivitajiet bis-sapport tal-kumitat L-Għanja tal-Poplu. Iktar informazzjoni dwar Klabb Għanja tinsab fil-website www.ghanjafest.com <<hawn>>
Waqt il-laqgħa gie ssuġġerit li għall-festival jkun hemm ġurija iktar wiesgħa. Intant l-organizzatturi ħabbru li waqt il-prova ġenerali ser tattendi ġurija popolari mistiedna mill-kumitat organizzattiv. Il-ħsieb tal-organizzatturi huwa li din il-ġurija ser tingħata ħafna iktar importantanza għax iktar hija rapreżentattiva .
Inghataw dettalji dwar il-festival li jinsabu elenkati fir-regolamenti lil jinsabu fil-website www.ghanjafest.com << hawn >>
L-Għanja tal-Poplu jixtieq jirringrazzja lil General Soft Drinks u lil Mannarinu Caterers li kienu li kienu l-isponsors ta’ din il-laqgħa.