B’kollox ġew sottomessi 137 kanzunetta għat-42 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija . Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija magħmula minn ħames persuni. Issa jmiss li ġurija oħra tisma’ u tiġġudika l-aħjar 42 kanzunetta, billi tismagħhom kantati lajv akkumpanjati minn mużika rrekordjata.
It-42 kanzunetta li għaddew għall-Fażi tas-Semi-Finali (f’Ordni Alfabetika) huma:
Aħna l-Maltin |
Allura |
Anamika |
Belt tal-Maltin |
Bil-Mini jew bl-Għonella |
Bis-Serqa |
Bla Ħafna Reċti |
Dak li Taf |
Determinata |
Din l-Art Ħelwa |
Eku Mill-Belt |
Fejn Ma Jasalx il-Kliem |
F’ilsien in-Nies |
Fjur Fuq it-Tarmak |
Fjuri tal-Karti |
Għaliex Tlaqt |
Ħadd Ma Jaf Xi Jrid |
Ħalli Spazju Għan-Nanniet |
Il-Gżira tal-Burdell |
Jekk Tafx Min Jien |
Kartolina Ta’ Mħabba |
L-Aħħar Żifna |
Lellux |
L-Immigrant |
L-Ixkubetta Fiha l-Grillu |
Manann |
Metafora |
Mhux kif Ħsibt |
Mhux Kulma Jleqq Deheb |
Mhux Li Kien |
Mhux Tard |
Min Aħna |
Nistenniek |
Oħt |
Omm Ta’ Veru |
Pawlu l-Babaw |
Senduq |
Taħfirli |
Tbissimli |
Tifla |
Tir |
Wegħdni |
Dawn il-kanzunetti ser jinstemgħu nhar is-Sibt u l-Ħadd 2 u 3 ta’ Ġunju, u l-ġurija ser ikollha biċċa xogħol iebsa biex tagħżel il-kanzunetti finalisti. Dawn ser jitħabbru nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju. Is-serata finali tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ nhar -Sibt l-1 ta’ Settembru 2018, fi Pjazza Teatru Rjal.
Fis-serata finali il-parteċipanti ser ikollhom l-għażla, li jew ikunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra, jew jakkumpanjaw il-kanzunetta huma stess, jew inkella jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom flimkien mal-orkestra.