Monika Said
Monica Said hija kantanta ta’ għoxrin sena, mill-Munxar Għawdex. Ilha tkanta minn mindu kellha tlettax-il sena, u minn dakinhar ‘l hawn kantat f’diversi avvenimenti lokali. Fit-42 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu, Monica rebħet il-premju tal-aħjar interpretazzjoni bil-kanzunetta tagħha ‘Ritratt’. Apparti l-kant, Monica għadha kif temmet it-tielet u l-aħħar sena bħala studenta universitarja fil-kors B.A. (Unuri) Malti. Fil-futur ġejjieni taspira li tkompli timraħ il-quddiem fil-linja tal-kant fix-xena lokali, kif ukoll f’dik barranija.
Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:
‘Anamika’ hija kanzunetta ddedikata għan-neputija tiegħi, li ġiet addottata s-sena li għaddiet minn Kolkata, f’l-Indja. Hija kanzunetta li tesprimi l-bidla u l-ferħ li ġabet f’ħajjet kull membru tal-familja tagħna. Permezz ta’ din il-kanzunetta nixtieq nuri l-imhabba li ġġib magħha addozzjoni, imħabba li tmur oltre kull tip ta’ razza, kulur ta’ gilda jew demm. Anamika li twieldet f’qalbna mal-ewwel ritratt f’nofs Marzu tas-sena l-oħra, hija xempju ta’ determinazzjoni, integrazzjoni, imħaba u ferħ. Ferħ li fawritu fina u fil-komunità kollha ta’ madwarha.