Your Content Goes Here
Il-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se tittella’ s-Sibt 7 ta’ Awwissu 2021 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Il-kanzunetti għal dan il-festival se jintlaqgħu online sat-Tnejn 5 ta’ April 2021.
L-għan prinċipali tal-festival hu li jinħolqu kanzunetti ta’ kwalità. Għaldaqstant se norganizzaw Webinar għall-Artisti tal-Kanzunetta Maltija nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar mis-6 pm sas-7.30 pm. Dan il-webinar miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija, speċjalment għal min jixtieq jieħu sehem f’L-Għanja tal-Poplu. Dakinhar tal-webinar se nniedu r-regolamenti tal-festival.
Nistidnuk tattendi dan il-webinar billi tirreġistra online fuq www.tinyurl.com/ghtp-webinar-reg
Wara għandek tirċievi ħolqa biex tkun tista’ tidħol fil-webinar.
Webinar għall-Artisti tal-Kanzunetta Maltija
Programm
Il-Professur Manwel Mifsud jitkellem fuq X’jagħmel kanzunetta tajba
Diskussjoni: Intejbu l-lirika tal-Kanzunetta Maltija
Kelliema: Trevor Zahra, Dr Michael Spagnol,
Leanne Ellul u Sephora Francalanza
Mistoqsijet minn dawk preżenti
Tnedija tar-regolamenti tal-45 Edizzjoni
Tmexxi l-webinar: Dr Ingrid Vella
Kumitat Organizzattiv
L-Għanja tal-Poplu