Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Augusto Cardinali ta' sitt snin beda jieħu il-lezzjonijiet tal-mużika u tgħallem il-kitarra għand Mro Joseph Psaila. Ta' eta żgħira Augusto beda jikkomponi - u wasal biex kien idoqq xi kompożizzjonijiet tiegħu f'diversi kunċerti u f'xi prize days fl-iskola. Matul żogħżitu Augusto kien jistudja l-arti u d-drama .Illum Augusto huwa għalliem ta' l-arti fil-Junior Lyceum ta' San Ġużepp ġewwa r- Raħal Ġdid. Hu miżżewweg u għandu żewġ t'itfal.
Augusto huwa popolari qalb it-tfal għall-kanzunetti tiegħu -li huma ta' still kreattiv u mmaginattiv.
Ħa sehem f'diversi Rock Operas u Festivals mużikali - fosthom Reġa Sebaħ, Ineż Farruġ, Il-Karnival ta' Venezja u oħrajn. Ħa sehem f'diversi programmi tar-Radju u anke ppreżenta xi wħud - fost dawn insemmu Karambinu, Kikki Riki, Możart, Hip Hip Hurray, Ċellinu, Għidli xi jmiss, No Parking u oħrajn.
Augusto ipparteċipa f'diversi festivals bħala kompożitur. Fil-Festival l-Għanja tal-Poplu Augusto diġa ħa sehem darbtejn - L-ewwel bil-kanzunetta Kabum, imbaghad bil-kanzunetta Imħatra. Din is-sena Augusto flimkien ma' Joe Demicoli ser jipparteċipa fl-Ghanja tal-Poplu bil-kanzunetta 'Propaganda Iddoqq l-Iskotti '- kliem ta' Mario Fenech Caruana u Mużika ta' Frederick Camilleri. Illum flimkien ma' Joe Demicoli Augusto jgħamel parti mill-famuż duo Kemmuna Airways.
Barra il-kant Augusto jħobb jikteb il-poeżiji u jikteb il-plays . Huwa wkoll jmexxi studio tal-mużika - A.C. Studios. Fost id-delizzji t'Augusto insibu it-tisjir, l-arti marzali, u fashion design. Huwa jħobb jiltaqa' man-nies komuni u jdejquh ħafna dawk il-Maltin li moħħom biex jitkellmu bl-Ingliż.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .