Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Catherine Vigar ilha, għal diversi snin waħda mill kantanti stabbiliti f'pajjiżna. Hi bdiet il-karriera tagħha ta' età żgħira. Ipparteċipat b'suċċess f'diversi festivals lokali u barranin u dejjem giet minn ta' quddiem.
Fl-1983 ġiet fit-tielet post fil-'Bratislava Lyra Song Festival'. Fl-1991 ġiet fit-tieni post fil-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa kif wkoll fl-1997 bil-Kanzunetta 'The Call' - Kliem ta' Ray Mahoney u mużika ta' Paul Abela. B'din il-kanzunetta hija rebħet it-tieni post fil-Bratislava Lyra Song Festival ta' l-istess sena. Fil-Festival tal-Kanzunetta Maltija hi ġiet l-ewwel post bil-Kanzunetta 'Min Jaf Għaliex' - bi kliem ta Joe Chircop u mużika ta' Paul Abela.
Catherine Vigar għandha diversi kuntratti biex tipparteċipa f'kunċerti kemm lokali u anke barranin, għal waqt programmi fuq it-TV u bħala mistiedna speċjali f'attivitajiet lokali u barranin.
L-aktar tliet kanzunetti li jogħġbuha huma, 'The Call', 'Min Jaf Għaliex' u 'Sakemm'. Barra l-kant hi tħobb tirrestawra djar antiki. L-aktar post li jogħġobha hawn Malta hija l-Imdina. Il-fehma tagħha fuq il-kanzunetta Maltija hija li laħqet livell internazzjonali u tikkompeti b'suċċess kull fejn nikkompetu.
Il-Messaġġ ta Catherine Vigar li tixtieq twassal lill-Maltin huwa li ngħixu kuljum b'ottimiżmu.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .