Charlene Grima - L-Għanja tal-Poplu

Charlene Grima

Diskografija

Ara wkoll

Charlene ħadet sehem l-ewwel darba f' L-Għanja tal-Poplu ma' oħtha Natasha fl-1998 bil-kanzunetta "Tisma Spiss" kompożizzjoni ta' Renato Briffa, u kitba ta' Joe Julian Farrugia.

Hija għandha 18 il-sena u qegħda fit-tieni sena tal-istudju tagħha fil-linja ta' Graphic Design, l-Arti u l-Fotografija. Ħadet sehem f diversi festivals prestiġjużi bħall-Kanzunetta għall-Ewropa bil-kanzunetta "Look into my Eyes" muħika tagħha stess u kliem ta' oħtha Natasha, fil- Kanzunetta Maltija bl- kanzunetta "Hena tar-Rebbiegħa" mużika ta Charlene u kliem ta Alfred C.Sant, kif ukoll fil-festival ta' l-Għanja tal-Poplu tas-sena li għaddiet bil-kanzunetta "Miss Scicluna" fuq kliem ta' Alfred C.Sant u mużika ta' Charlene.

Kienet kantanta residenti għal sentejn fuq il programm televiżiv "Xarabank". u bħalissa residenti kull nhar ta' Sibt fuq programm edukattiv tat-tfal "Ara X'Sibt" bil-kor tagħhom li jgħallmu Natasha u Charlene stess.

Charlene dejjem tipprova tikkomponi mużika ferrieħa u li tista tnissel tbissima, u temmen li permezz tal-kant u 1-mużika tista' twassal messaġġ u tasal għand qalb kullħadd.