Connie Micallef - L-Għanja tal-Poplu

Connie Micallef

Diskografija

Ara wkoll

Bdejt inkanta ta' eta żgħira ħafna, fil-fatt ta' tlett snin u nofs hadt sehem fil-Golden Cross festival. Meta kelli xi tminn snin għamilt żmien inkant u niżfen ma' gruppli kien jismu The Sweet Lolipops, fejn kellna programm regolari fuq it-Television. Gieli Kont ningħaqad ma' ħuti, li dak iż-żmien kienu għadhom l-Incorvaja Twins, biex inkanta kanzunetta jew tnejn, waqt Cabaret Shows li kienu jagħmlu ġewwa l-lukandi u night clubs ewlenin. Ta' għaxar snin, flimkien ma' ħuti , May u Josephine, mort il-Canada biex nghamlu sensiela ta' shows lil emigranti Maltin. Ta' erbatax-il sena bdejt inkanta regolarment ma' ħuti ġewwa lukandi u nightclubs u ħadt sehem f'diversi festivals. Għalkemm in-nies mhix normali li tarani nkanta waħdi , waqt Cabaret Shows hija ħaġa regolari li nkant kanzunetta waħdi.

Jien inħobb kull tip ta' mużika u kantanti. Diska li tassew togħġobni hi Bohemian Rhapsody tal-grupp Queen. Diska oħra li ġġibli ħafna memorji sbieħ hi Wind Beneath my Wings tal-kantanta Bette Midler.

Bħala passatempi inħobb inqatta' l-ħin f'xi xogħol manwali u krafts. Mett jkolli l-ħin inħobb naqra, u mmur xi passiġġata, u nħobb ukoll is-safar. Il-post favorit tiegħi huwa il-Mellieħa fejn ngħix.

Fl-opinjoni tiegħi l-kanzunetta Maltija għamlet passi ta' ġgant f'dawn l-aħħar snin. Qegħda tiġi apprezzata aktar mill-poplu Malti, pero hemm bżonn tinstema' aktar fuq il-mezzi tax-xandir.

F'din l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu ser ninterpreta l-kanzunetta 'Sibna ż-Żejt' - kliem ta' Mario Fenech Caruana u mużika ta Andrew Żahra.

Il-Messaġġ tiegħi għall-poplu Malti huwa - Oqgħod attent x'tagħmel, għax iż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-ilma.