Herman Bonaci - L-Għanja tal-Poplu




Herman Bonaci

Diskografija

L-isem ta' Herman Bonaci żgur li huwa sinonimu ma' kull forma ta' divertiment mużikali, teatrali jew televiziv. Huwa għandu karriera twila fuq il-palk bħala producer / attur u f'dawn l-aħħar snin ipprova xortih ukoll fil-kant. Il-vuċi tiegħu issa saret familjari ħafna permezz tad-diska 'Imħabba pprojbita', is-sigla tas-sensiela 'Ipokriti', li tagħha huwa l-producer flimkien ma' ħuh.

Herman japprezza ħafna l-mużika Maltija b'mod ġenerali u jixtieq jara l-livell tal-kanzunetta Maltija jitjieb dejjem aktar. Hu tal-parir lil min ikollu l-ħsieb li jagħmel CD biex jaċċerta ruhu li l-kontenut ikun ta' kwalita' tajba. L-istess parir jagħtih lil dawk li , bħalu, qed jippjanaw xi xogħol televiziv. Ikun aħjar li wieħed jippjana sewwa anki finanzjarjament biex ir-riżultat finali ikun ta' klassi għolja kif jixraq lil Maltin li issa draw jaraw xogħol tajjeb.