Incorvaja Sisters - L-Għanja tal-Poplu




Incorvaja Sisters

Diskografija

Ara wkoll

The Incorvaja Twins bdew il-karriera mużikali tagħhom ikantaw fit-teatrini meta kellhom 4 snin. Ta' 8 snin bdew jikkompetu f'festivals lokali. Ta' 10 snin kantaw fis-Stella D'Oro song festivalf'Acireale, Sqallija. Ta' 12-il sena bdew il-karriera tagħhom f'lukandi u nightclubs rinomati f'Malta u Għawdex. Għandhom diversi suċċessi f'song festivals, fosthom , Lunar Module Song Contest Rabat, Trofeo della Madonnina Mellieħa, Golden Cross Festival Rabat, Stella D'Oro di Sicilia, Silver Boat Festival Birgu, Kanarin tad-Deheb, Malta Song Festival 1974 u ħafna oħrajn.

The Incorvaja Sisters Kantaw għall-emigranti fil-Kanada ul l-Amerka fl-1978 u fl-1980 u fl-Awstralja fl-1983. Kantaw ma diversi kantanti stabbilliti u dejjem kellhom kummenti mill-aqwa kemm fix-xena lokali kif wkoll dik barranija.

The Incorvaja Sisters huma Connie, May u Josephine.

Il-Kanzunetti favoriti ta' Josephin huma dawk Amerikani l-aktar dawk ballads u light jazz. May tħobb is-songs sentimentali, b'melodija bis-sens ta' messaġġ - hi wkoll tħobb il-light jazz.

Il-passatempi ta' Josephine huma il-Handcrafts, bħall-knitting, crochet, jewellery design u making - mill-banda l-oħra May tħobb tinnaviga , tkanta, tikkowċja n- netball u taqra.

Il-post favorit ta' Josephine huwa Tas-Sliema u il-Mellieħa, u barra minn Malta il-Kanada u l-USA. May tħobb il-Mellieħa - "home sweet home".

Il-messaġġ ta' Josephine għalina huwa - Ipprova sib it-tajjeb f'kollox u f'kulħadd. Il-messaġġ ta' May huwa - Fittex dejjem it-tajjeb - saħansitra fil-ħażin - u ftakar li meta l-bambin jagħlaq bieb, ikun diġa fetaħ mija oħra.