Joe Demicoli - L-Għanja tal-Poplu





Joe Demicoli

Diskografija

Links

Joe Demicoli huwa magħruf l-aktar bħala kantant u kittieb ta' lirika umoristika u sarkastika bil-Malti. Ix-xogħlijiet li kiteb Joe huma s-CDs Kemmuna Airways u Radju Filfla (dan ta' l-aħħar ħareġ ukoll bħala video). Kiteb ukoll il-biċċa l-kbira tal-programm televiżiv Alaxanxe u qiegħed jippreżenta programm ta' diski Maltin fuq stazzjon ewlieni tar-radju. Huwa mar ukoll il-Canada u l-Awstralja biex iwassal divertiment lil emigranti Maltin. Bħalissa qiegħed jipprepara għat-tielet CD tiegħu filwaqt li din hija l-ħames darba li qed jieħu sehem f'dan il-festival li tant huwa għal qalbu.

Diski li ħa sehem bihom f'dan il-festival huma: 'Il-Maltin', 'Festi Nfernali', 'Propaganda ddoqq 1-Iskotti', 'Diżastru', u 'Lampa Stampa'


Joe Demicoli miżżewweġ lill-Sonia u għandhom tifla ta' 7 snin jisimha Sandy.

Bejn is-sena 1980 u l-1995 kanta d'diversi lukandi u pubs madwar Malta, mal-beat-group tiegħu Sweet Melody.

Fl-1997 u '98 ħa sehem fil-Festival l-Għanja tal-Poplu bil-kompożizzjonijiet tiegħu "Il-Maltin" u "Festi Infernali".

Fl-1998 ħareġ bl-ideja u kiteb il-kliem kollu tal-kanzunetti fuq is-CD Kemmuna Airways ( l-aktar cassette li nbiegħ f'Malta). Bħalissa qed jippreżenta l-programm No Parking fuq Radju Malta 2 u diġa qed jħejji is-CD li jmiss - infatti l-kliem għall-kanzunetti ta' din is-CD diġa lest.

Tlett diski favoriti ta Joe huma Imagine, The Long and Winding Road, u kull diska li fiha melodija sabiħa.

Sintendi il-post favorit ta' Joe huwa Kemmuna.