Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Leontine bdiet tkanta minn età żgħira u bħal bosta bdiet mill-kunċerti u musicals ta' l-iskola. Ippreżentat programmi tat-tfal u żgħażagħ fuq stazzjonijiet televiżivi, kif ukoll fuq ir-radju. Ħadet sehem ukoll f'diversi musicals fosthom "Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika", "It-Tfajla tal-Palazz" u bosta oħrajn. Leontine rebħet "Best Newcomer" tal-"Coca Cola Malta Music Awards 1997"
Fejn taħdem, u x'tagħmel fil-ħin liberu?
Jien għalliema, preżentement qegħda ngħallem fi skola primarja. Ix-xewqa tiegħhi fil-mument hija li nitgħallem il-Malti, is-suġġett favorit tiegħhi. 'Il quddiem nixtieq inkompli nistudja biex navvanza f'din il-karriera. Il-passatempi huma li nisma' d-diski, naqra xi rivista jew ktieb interessanti, u - meta l-ħin jippermetti, nieħu sehem f'xi produzzjoni teatrali.
Semmi xi tliet kanzunetti favoriti tiegħek.
"Lil Art Twelidi", "Malta, I don't wanna miss a thing" (għax tfakkarni f'xi ħadd għal qalbi), u l-kanzunetti kollha tal-grupp "The Corrs".
X'messaġġ tixtieq tagħti lill-Maltin?
Kull ma hu/hi Malti għandna nibżgħu għalih, u hawn mhux qed nirreferi għall-kanzunetta Maltija biss.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .