Nadine Axisa - L-Għanja tal-Poplu





Nadine Axisa

Diskografija

Links

Din hija l-ħames darba li Nadine qed tieħu sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu. Ġiet ikklassifikata fit-tielet post fl-1998 bil-kanzunetta "L-Isbaħ Raqda" u wkoll fl-2000 bis-silta "Dak Li Għidtli Dakinhar". Nadine ipparteċipat fl-iktar festivals prestiġjużi f'pajjiżna fosthom il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa, Festival Intemazzjonali tal-Kanzunetta Maltija u Festival Kanzunetta Indipendenza.

L-ikbar sodisfazzjon fil-karriera mużikali ta' Nadine kien meta l-kanzunetta "Jekk Għada ma Jisbaħx" kisbet suċċess barra minn xtutna u ndaqqet fuq radju popolari Amerikan fuq programm li jġib l-isem "Pop Goes the World".

Nadine hija l-kantanta ewlenija tal-band tagħha li ġġib l-isem "Idle Offset", filwaqt li hija wkoll kantanta residenti f' lukanda popolari f' pajjiżna.

Nadine qed issegwi it-tieni sena ta' Baċellerat fil-Matematika u Fiżika fl-Università.


Nadine bdiet tistudja l-vuċi ta' seba' snin ma' Irene Dillon u wara mas-soprano Beatrice Brockdorff.

Ħadet sehem fl-ewwel musical fl-età ta' seba' snin u għal dawn l-aħħar ħames snin ħadmet fi proġetti ma' kantanti u mużiċisti professjonisti.

Fl-1996 bdiet il-karriera tagħha bħala solista meat rebħet bil-kanzunetta "Ma Ninsik Qatt" fil-festival "Kliem u Mużika". Ħadet it-tielet post fil-festival tal-Indipendenza 1997 u L-Għanja tal-Poplu 1998.

Ħadet sehem f'diversi festival prestiġġjużi oħra fosthom il-festival Kanzunetta għall-Ewropa u l-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 1997.

Tat sehem f'CDs b'risq il-karità fosthom 'Għalina l-Anġli' tal-Eden Foundation u 'Angel Voices for Christmas' tal-Caritas.

Nadine tkanta f'okkażjonijiet varji fosthom tiġijiet, riċevimenti u kunċerti klassiċi. Għaqqdet ukoll il-band tagħha fejn fost mużika kontemporanja għandhom influenzi rock kummerċjali.

Hija studenta tat-tieni sena fil-kulleġġ San Alwiġi fejn hi attiva ħafna f'attivitajiet extrakurrikulari. Hija wkoll membru fil-kor tal-iskola u tieħu sehem fis-soiree tal-iskola, attività kulturali meqjusa fost l-aqwa fil-pajjiż.

Il-kanzunetti favoriti tagħha huma mill-pinna ta' Lenny Kravitz 'I belong to you', 'Fly Away', u 'Thank You' ta' Analise Morisette.

Barra l-kant tixtieq ikollha ċans tagħmel scuba diving. Il-post li jogħġobha l-aktar fil-gżejjer Maltin huwa l-Aħrax tal-Mellieħa għax hemm issib serħan f'xi camping expedition.

Dwar il-kanzunetta Maltija tħoss li qed tagħmel passi ta' ġgant fil-qasam tal-mużika aktar innovattiva bi stili bħall-acid-jazz u techno. Il-messaġġ li tixtieq twassal lill-Maltin huwa biex jisimgħu aktar mużika lokali u jgħinu kantanti Maltin billi jixtru s-CDs tagħhom.