Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Philip Vella beda jdoqq il-kitarra fl-eta' ta' ghaxar snin. Hu ghandu recording studio mghammar bl-ahhar sisterni moderni fejn hafna mill-kantanti ewlenin fpajjizna jirrekordjaw il-kanzunetti taghhom.
Fl-1997 kien il-kitarrista fil-kanzunetta tal-Eurovision "Let Me Fly" u fl-1998 kien l-awtur tal-kanzunetta rebbieha tal-festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija. Is-sena l-ohra Philip kien il-kompozitur tal-kanzunetta "Desire" Ii rrapprezentat IiI Malta fil-Eurovision, u kien l-awtur u l-kompozitur tal-kanzunetta Nittama Ii rebhet iI-Festival Internazzjonali tal-kanzunetta Maltija. Din is-sena kien il-kompozitur tal-kanzunetta "Spellbound" Ii giet fit-tieni post u l-awtur tal-kanzunetta "Count On Me" Ii giet fit-tielet post fil-Festival Ghall-Ewropa.
ll-festival L-Ghanja tal-Poplu huwa sinonimu ma' Philip Vella. Fil-fatt hu rebhu bil-kanzunetta Kemm Jien Bezzul, gie t-tieni bil-kanzunetta X'Jimpurtani, it-tieni bil-kanzunetta Il-Protesta u t-tielet bil-kanzunetta Meta Lili n-Nies Tivvota. F'dawn l-ahhar seba' snin Philip Vella dejjem ha sehem fl-Ghanja tal-Poplu u l-kanzunetti tieghu jindraw malajr mill-Poplu Malti minhabba Ii hu jirnexxilu jaghti stampa cara tal-karattru tal-poplu taghna minghajr kantunieri bit-tajjeb u l-hazin kollu.
Philip Vella ġej minn familja mużikali, u sa minn ċkunitu kien imrobbi f'ambjent fejn il-mużika kienet tifforma parti ntegrali mill-ħajja ta' kuljum. Għamel żmien twil jdoqq f'ristoranti u postijiet frekwentati mit-turisti, u minn eta żgħira kellu l-ħajra li jikteb xi kanzunetta. Waħda mill-ewwel kanzunetti li kiteb kienet 'Il-Ħanut tal-Kantuniera', li ġiet irrekordjata minn kantanti popolari Maltin. Dan l-aħħar snin beda jieħu sehem fil-festivals ewlenin ta' Malta li wassluh biex ikun nominat diversi drabi fil-Malta Music Awards bħala l-aħjar kompożitur u l-aħjar awtur.
Philip Vella bħala kantant huwa sinonimu mal-Festival l-Għanja tal-Poplu, li fih ħames snin ilu kellu l-ewwel suċċess bil-kanzunetta 'X'Jimpurtani' u kompla fi snin ta' wara b'kanzunetti bħal 'Il-Protesta', 'Ċensurati', u 'Kemm Jien Beżżul'. Din ta' l-aħħar neħħiet il-'jynx' li Philip dejjem jiġi t-tieni għax biha rebaħ il-festival tas-sena 1998.
Philip huwa miżżewweġ b'żewġt itfal u ma jistax ma jsemmix il-koperazzjoni li jsib mill-familja biex jkun jista' jsib il-ħin għall-mużika. Is-sapport tal-familja, kemm f'approvazzjoni kif wkoll fi kritika, meta jkun hemm posta, kien importanti ferm biex Philip żvilluppa l-karriera tiegħu.
Xi ħaġa li verament iddejjaq lil Philip hija l-mentalità ta' ħafna mill-Maltin, kif wkoll sfortunatament ta' disc jockeys, li mużika Maltija hija ta' materjal inferjuri. Philip jaħseb li hawn ħafna kantanti, kompożituri w awturi ta' talent, li qegħdin jagħmlu ħafna sagrifiċċji personali u finanzjarji biex jippromwovu l-mużika Maltija biex imbagħad jiġu mwarrba minn nies li suppost jafu aħjar.
Il-passatempi favoriti ta' Philip, barra naturalment l-mużika, huma l-films kif wkoll l-ikel - kull tip ta' ikel, sakemm ma fihx xewk!
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .