Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Teddie Zammit twieled ir-Rabat Għawdex. II-hobby prinċipali tiegħu huwa l-mużika. Ta' tlettax il-sena beda jitgħallem il-kitarra f'ċentru taż-żgħażagħ. Kompla jistudja l-kitarra klassika għal tlett snin fl-iskola Johann Straus. Flimkien mal-grupp tiegħu "Straight Ahead", Teddie ilu għal dawn l-aħħar snin idoqq u jkanta f'diversi lukandi, tiġijiet u parties għat-tfal. L-akbar sodisfazzjon tiegħu personali huwa meta permezz tal-kant u l-kitarra jikkomunika ma' l-udjenza u jara l-udjenza tieħu gost.
Barra minn hekk Teddie huwa wkoll kantawtur. Fil-fatt waħda mix-xewqat tiegħu fil-futur hija li joħroġ Compact Disk b'mużika originali. Teddie huwa wkoll kitarrist mal-grupp folkloristiku "Astra" fejn ukoll kellu l-opportunità li jieħu sehem f' diversi festivals folkloristiċi f'diversi pajjiżi. Huwa mizzewweg lil Frances u ghandhom zewgt itfal, Mark Lawrence u Elena.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .