Dwett

L-ilħna wara Dwett huma ta’ Cherylis u Mikhail, żewġ kantanti solisti li lura fis-sena 2014 ġiethom l-idea li jibdew jaħdmu flimkien wara li kkompetew kontra xulxin ġo festival internazzjonali fl-Italja.

Il-miri tagħhom qatt ma kienu fil-baxx u wara diversi prestazzjonijiet madwar Malta, kien propju fl-2016 li waslu sal-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta “Bit-Tikketta” fuq kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Marco Debono.

Ftit tax-xhur wara, fl-2017 saru jafu li ħa jieħdu sehem fil-Malta Eurovision Song Contest fejn permezz ta’ “Breaking Point” fuq kliem ta’ Matt ‘Muxu’ Mercieca u mużika ta’ Elton Zarb klassifikaw mal-ewwel għaxra.

Għalkemm din hija l-ewwel esperjenza tagħhom bħala Dwett fl-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija, Cherylis ikkompetiet bħala solista fl-2015 bilkanzunetta “Is-Sinjur” fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Mark Scicluna.

 Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:  

Kulħadd jgħaqqad fil-moħħ l-imħabba ideali kif għandha tkun. Il-ġuvintur ipinġu f’mohhhom qabel jibdew iħobbu, il-persuna u l-fattizzi ideali li jrid ikollha biex tkun togħġobhom. L-istess jagħmlu t-tfajliet. Il-maħbub jew mahbuba ideali kulhadd johlomha skont ix-xewqa. Imma maz-zmien l-idea ta lil min thobb, taf tinbidel, anzi tinbidel zgur. U maż-żmien wieħed jinduna li l-persuna li nsiru nħobbu, hija differenti ghal kollox minn dak li wieħed ikun bena fl-istħajjil, u kważi l-bnedmin isiru jħobbu lil min huwa differenti ħafna mill-ideal li jkun inħalaq. Ghalhekk inħobbok ghax ‘MHUX KIF ĦSIBT’