Il-premju għall-aħjar interpretazzjoni ntrebaħ minn Nadine Fenech li nterpretat il-kanzunetta “Il-Biża u Jien” b’mod imqanqal ħafna peress li l-kanzunetta kienet titkellem dwar esperjenzi personali li għaddiet minnhom il-kantanta. Il-premju għall-aħjar tema soċjali ntrebaħ mill-kanzunetta “Ta’ Billejl” mill-pinna ta’ Paul Ellul. Din il-kanzunetta titkellem dwar l-importanza ta’ ħin ta’ kwalita’ li għandna nagħtu lil uliedna. Il-premju għall-aħjar talent żagħżugħ intrebaħ minn Jurgen Xerri, kantant pjuttost ġdid fix-xena mużikali, li nterpreta l-kanzunetta “Ħallejt il-Passi Wrajk”.
Il-festival ġie organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Fondazzjoni Kreattività, Kunsill Malti għall-Arti u PBS bis-sehem tal-orkestra tal-PBS fi Pjazza Teatru Rjal bl-għajnuna ta’ Valletta 18.
Ingħata wkoll il-ġieh “L-Għanja li Tibqa’” lil mibki Martin Attard.
Is-serata ġiet ppreżentata minn Sean Buhagiar mgħejun minn Wayne Flask u Gilbert Camilleri, bis-sehem ta’ Josephine Ebejer Grech li hija wkoll il-PRO tal-kumitat L-Għanja tal-Poplu.
Michela Dalli -Graziella Vella -Denise Spiteri – Corazon – Shyli, Jasmar u Kapitlu Tlettax – Neville Refalo – Domenique Azzopardi – Miriam Christine -Mikaela Bajada – Deborah Dalli – Dorcas – Cherylis – Nadine Fenech – Graziana Axisa u Neville Refalo – Walter Micallef – Jurgen Xerri – Andy Muscat – Maria Cassar