Dario u Grecia Bezzina
Dario u Grecia Bezzina bdew jistudjaw il-mużika u l-kant minn eta’ tenera għand il-kantanta mamis Doreen Galea. L-aħwa ddebuttaw bħala dwett propju fil-festival l-Għanja tal-Poplu Żghażagh li kien sar għall-ewwel darba fl-2005 bil-kanzunetta Il-Ħabib tal-Iskola. Minn dakinhar, qatt ma ħarsu lura u ppartecipaw f’diversi konkorsi lokali u internazzjonali fosthom: l-Malta Junior Eurovision, il-Malta Hit Song Festival, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija fejn kklassifikaw fit-tielet post bil-kanzunetta Solitaire bil-mużika komposta minn Dario nniffsu. Huma pparteċipaw fl-Għanja tal-Poplu għal diversi drabi. Fl-2012 Grecia kklassifikat fit-tieni post bil-kanzunetta “Tal-Komma Twila” fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Dario nniffsu. L-aktar mamis riċenti kien is-sena li ghaddiet bil-kanzunetta “13, Strada Stretta”, fejn l-ahwa Dario u Gecia regghu kisbu it-tieni post.
Bħala professjoni Dario huwa accountant pubbliku ċċertifikat, filwaqt Grecia hija gradwata bħala għalliema.
Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:
Taghmel x’taghmel u tghid x’tghid il-Malti ser ikun lest biex jiggudikak u jghid tieghu! Dak hu l-istint tal-bniedem! Dan mam-messagg li qed tipprova twassal il-kanzunetta Fi Lsien in-Nies. L-awturi qed jaghmlu dan billi jipprezentawlna diversi aspetti u cirkustanzi mill-hajja socjali Maltija. U nghiduha kif inhi minghajr zekzik il-hajja tigi ftit monotona. Mela halli lil kulhadd jghid li jrid u ghamel fattik. Darba nghixu!