Jitħabbru l-Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018
Dawn huma il-kanzunetti finalisti li ntgħażlu minn ġurija wara li nstemgħu lajv waqt semi-finali nhar is-Sibt 2 ta’ Diċembru 2017. Is-17-il kanzunetta finalista f’ordni alfabetika huma kif ġej:
Kanzunetti Finalisti | Kantanti |
Bla Isem Bla Kunjom | Bradley Debono |
Dwell | Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard |
Għerf il-Baħar | Thea Gauci |
Ħmistax | Thea Gauci |
Il-Ħolma | Riona Degiorgio |
Il-Verita’ | Charisse Ann Vassallo |
Kieku Nista’ | Thea Aquilina |
Kliem | Eliana Gomez Blanco |
Li Tiżra Taħsad | Rachel Lowell |
Ma Nafx Għala | Martina Galea Loffreda |
Manikin | Luana Schembri |
Sib Ħin | Elisa Muscat |
Skont id-Daqqa ż-Żifna | Kira Copperstone |
Stennejtek | Nathan Psaila |
Ta’ Rasi | Emma Cutajar |
Triq Oħra | Ilenia Camilleri |
Weġibni Ma | Jahel Cardona |
Il-ġurija faħħret lill-kantanti kollha għall-preparazzjoni tagħhom f’dak li hu kant u nterpretazzjoni tal-kanzunetti. Il-ġurija qalet li L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ huwa inizjattiva tajba u sabiħa, u wriet x-xewqa li fil-futur iż-żgħażagħ jkollhom sehem fil-kitba tal-kanzunetti ta’ dan il-festival. Hekk iż-żgħażagħ jkun jistgħu jesprimu il-ħsiebijiet u x-xewqat tagħhom permezz tal-kanzunetta.
Il-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ser jittella l-Ġimgħa 2 ta’ Marżu 2018, fit-Teatru tal-Kulleġġ San Benedittu. L-ewwel preżentazzjoni tal-kanzunetti ser issir filgħodu quddiem studenti minn diversi skejjel medji u sekondarji. Filgħodu ser ikun hemm ġurija magħmula mill-istudenti. It-tieni preżentazzjoni tal-kanzunetti ser issir fl-istess ġurnata u tkun miftuħa għall-publiku, u jkun hemm ġurija esperta. Fl-aħħar tas-serata titħabbar l-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ 2018.
L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri grupp ta’ mużiċisti li ser jakkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown, b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.
L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement .