Il-kantantanti finalisti ta' L-Għanja tal-Poplu flimkien mal-preżentaturi. Ħajr: Photocity
PRESS RELEASE

L-GĦANJA TAL-POPLU

Is-47 Edizzjoni (2023)

Tittella’ l-ordni tal-kanzunetti finalisti

­Is-47 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu se tittella’ nhar is-Sibt 5 ta’ Awwissu fid-20:45 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela.

L-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival ittellgħet 50 sena ilu ġewwa il-belt Valletta. B’kollox din is-sena ikkonkorrew 142 kanzunetta u minnhom intgħażlu l-aħjar 16. L-ordni ta’ kif se jkunu ppreżentati l-kanzunetti finalisti ttellgħet bil-polza fil-preżenza tal-parteċipanti.

F’ L-Għanja tal-Poplu l-artisti jistgħu jiktbu kanzunetti fuq dak li jridu huma, u bi stil mużikali li jixtiequ huma wkoll. Matul l-aħħar 50 sena, L-Għanja tal-Poplu baqa’ jiġbed lejh kemm ż-żgħażagħ kif wkoll artisti stabbiliti li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija.

Il-kanzunetti finalisti tas-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu (f’ordni ta’ kif se jkunu ppreżentati fis-serata finali) huma:

Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur)

  1. Il-Baħħ u Jien – Christian Arding (Natasha Grima, Natasha Grima u Charlene Grech)
  2. Ġenn Ż – JAMM Band (Christopher Abela Mizzi u Mark Cachia)
  3. Għal Xejn – Jodi Zerafa Heckenlaible (Ian Zerafa)
  4. Meravilja – Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
  5. Maltija – Kayley Cuschieri (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)
  6. O Żmien Ħlejju – Xelin (Etienne Micallef, Dominic Cini)
  7. X’Għarukaża – Graziella u Kirsten Mifsud Schembri Vella (Etienne Micallef, Priscilla Giordano Psaila)
  8. Katina – Laura Bruno (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
  9. Kreattività tal-Pastizzi – Kapitlu Tlettax u Grecia Bezzina (Emil Calleja Bayliss u Kapitlu Tlettax, Kapitlu Tlettax)
  10. Għadu Ma Sarx – Kelsey Bellante (Lon Kirkop)
  11. Mitlufin – Janelle Rapa (Mark Cachia, Glen Vella)
  12. Naħdmu Flimkien – Walter Micallef u Philip Vella (Walter Micallef, Philip Vella)
  13. Mhix Imħabba – Charlene Rae (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
  14. Kelma Bejn Tnejn – Joseph Refalo (Joe Julian Farrugia, Pamela Bezzina)
  15. Monokrom – Jean Claude Vancell (Jean Claude Vancell)
  16. Il-Perfezzjoni Illużjoni – Audrienne (Emil Calleja Bayliss u Audrienne Fenech, Cyprian Cassar)

Il-mistiedna speċjali ta’ din is-sena hija Merga li se tinterpreta żewġ kanzunetti sbieħ mis-snin sittin u sebgħin b’arranġament orkestrali ta’ Mro Joe Brown. Il-festival se jkun ppreżentat mill-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda.

Il-bejgħ online tal-biljetti sa jibda’ ma jdumx minn www.ticketline.com.mt . Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.ghanjatalpoplu.org.

Dan il-festival huwa organizzat bil-kollaborazzjoni ta’ Pjazza Teatru Rjal u huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.