Sejħa lill-Artisti : Ħu sehem f’ L-Għanja tal-Poplu 2025!

L-Għanja tal-Poplu huwa ċelebrazzjoni tal-lingwa u l-kultura Maltija. Dan il-festival, ilu jservi bħala pjattaforma għall-awturi, kantawturi u kompożituri lokali, u jservi ta’ opportunita’ għall-artisti Maltin biex jesprimu l-ħsibijiet, l-emozzjonijiet u r-realtajiet ta’ ħajjitna permezz tal-kanzunetta bil-Maltija.

Jekk għandek talent fil-kitba tal-lirika jew fil-kompożizzjoni, issa huwa l-waqt li toħloq kanzunetta u tipparteċipa f’din l-esperjenza mużikali. F’L-Għanja tal-Poplu l-artisti jesprimu ruħom bl-akbar liberta’ permezz tal-kanzunetta immirata biex tinstema’ u titgawda mill-publiku Malti.

F’L-Għanja tal-Poplu m’hemmx restrizzjonijiet fuq it-tema jew l-istil – importanti biss li l-kanzunetti jkunu oriġinali, bil-Malti u ta’ kwalità. Għalhekk inħajruk toħloq kanzunetta sabiħa bl-ilsien Malti u semma’ leħnek f’ L-Għanja tal- Poplu 2025.

Għal aktar informazzjoni dwar ir-regolamenti u d-dettalji dwar il-festival ta’ din is-sena, żur s-sit www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti2025. Il-kanzunetti jintlaqgħu sal-15 ta’ April.

🎶 L-applikazzjonijiet għal L-Għanja tal-Poplu 2025 issa miftuħa! 🎤

Applika issa: Ikklikkja hawn