Jintgħażlu l-kanzunetti finalisti tal-45 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu
Il-membri tal-ġurija fil-fażi tas-semifinali semgħu l-40 kanzunetta magħżula minn 178 kanzunetta. Il-ħames ġurati taw il-ġudizzju tagħhom biex hekk setgħu jintgħażlu l-finalisti. Ir-riżultati tal-ewwel eliminatorja u tas-semifinali ġew ikkonfermati minn nutar pubbliku.
Dawn huma l-kanzunetti finalisti tal-45 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fis-7 ta’ Awwissu 2021 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra, dejjem skont kif jippermettu r-regolamenti maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Il-Kanzunetti Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu (2021) – f’Ordni Alfabetika
Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur) | |
Attakki Virtwali – Mark Cachia (Mark Cachia) | |
Fuq L-Ixkaffa – Sean Borg (Philippa Naudi u Bettina Muchmore) | |
Għada Jisbaħ Ukoll – Philip Vella u Maria Spiteri (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella) | |
Ħarstek – Rachel Lowell (Joe Julian Farrugia, Philip Vella) | |
Il-Bajtar Sar – Dario u Grecia Bezzina (Rita Pace, Dario Bezzina) | |
Is-Sirena Li Welldet it-Tama – Haley Azzopardi (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas) | |
Kunċert Impromptu – Thea Gauci u Nedved Galea (Rita Pace, Mark Cachia) | |
L-Għeneb il-Qares – Daniel Muscat Caruana (Rita Pace, Mark Scicluna) | |
Logħba Ċess – JAMM Band (Mark Cachia) | |
Logħba tal-Kaxxi – Karm Debattista (Pierre Bonnici, Karm Debattista) | |
Meta l-Lupu Jkun Bil-Ġuħ – Tiziana Calleja (Rita Pace) | |
Min Bagħtu Dan L-Għannej – David Joseph Sammut (Alfred C.Sant, David Joseph Sammut) | |
Nann! – Marija Bellia (Marija Bellia, Iona Dalli u Marija Bellia) | |
Niftakar – MeadowStrings (Mario Camilleri, Magdalene Farrugia) | |
Se Nirranġaw – Dominic Cini u Anna Azzopardi (Mark Laurence Zammit) | |
Uman – Nicole Hammett (Rita Pace, Rita Pace u Augusto Cardinali) |
Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu
b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal.
L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency.