Jitħabbru il-kanzunetti finalisti

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija (40 Ed)

Dawn huma it-18 il-kanzunetti finalisti f’ordni alfabetika ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija

Kanzunetta Awtur Kompożitur
Bħal Tifla Zghira Rita Pace Marco Debono
Ħabta u Sabta Andy Muscat Mark Scicluna
Ħallejt il-Passi Wrajk Paul Ellul Glen Vella
Ħanini Walter Micallef Walter Micallef
Id-Dieher Augusto Cardinali Augusto Cardinali
Il-Biża’ u Jien Rita Pace Pamela Bezzina
Is-Sinjur Emil Calleja Bayliss Mark Scicluna
Jien Biss Joe Julian Farrugia Dominic Cini
Ma Ninsiex Joe Julian Farrugia Augusto Cardinali
Mellisni Joe Chircop Mark Spiteri Lucas
Ngħidlek Joe Julian Farrugia Miriam Christine
Pupa tal-Plastik Paul Ellul Marco Debono
Ta’ Billejl Paul Ellul Mark Spiteri Lucas
Tama Shyli, Jasmar, Kapitlu Tlettax DJ Mac, David Leguesse, Shyli
Taptipa fuq l-Ispallejn Emil Calleja Bayliss Pamela Bezzina
Waħdi Miegħek Ingrid Vella Kaya
Xagħar Twil Ingrid Vella Mark Laurence Zammit
X’Se Jsir? Corazon Mizzi Corazon Mizzi

 

Il-ġurija li ġġudikat il-kanzunetti kienet komposta mis-sinjuri Adrian Mamo, David Azzopardi, Martina Caruana, Miriam Cassar, Noel D’Anastas u Vince Fabri.  Il-festival ser jiżvolġi xahrejn oħra fi Pjazza Teatru Irjal. Is-serata tas-semi-finali ser issir nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju fejn jintagħżlu l-aħjar 12-il kanzunetta, u s-Sibt 9 ta’ Lulju issir is-serata finali fejn jitħabbru r-rebbieħa tal-40 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija.

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Spazju Kreattiv, il-KunsilI Malti għall-Arti u l-PBS. L-orkestra tal-PBS ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-Festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

Il-lista’ tal-kantanti parteċipanti titħabbar hekk kif tkun konfermata. Iktar tagħrif jinstab fuq www.ghanjfest.com jew FB GhanjaTalPoplu