IL-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI GħTP 2019
B’kollox ġew sottomessi 111-il kanzunetta għat-43 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija magħmula minn ħames persuni. Issa jmiss li ġurija oħra tisma’ u tiġġudika l-aħjar 42 kanzunetta, billi tismagħhom kantati lajv akkumpanjati minn mużika rrekordjata.
It-42 kanzunetta li għaddew għall-Fażi tas-Semi-Finali (f’Ordni Alfabetika) huma:
Aħna l-Maltin |
Bejn L-Erba’ Ħitan |
Bħad-Deheb |
Bizzilla |
Dawl Għajnejja |
Din Għalik |
Dmugħ Iswed |
Fejn Ma Jasalx il-Kliem |
Fil-Ħoġor tat-Tieqa |
Fil-Klassi |
Għadu Mhux il-Waqt |
Għallimtni |
Ħallini Nħobbok |
Id-Ditta Tal-Ġlekk |
Il-Verita’ |
Imma Qatt Ma Wasalt |
Int Biss |
Int u Jien |
Ix-Xemx Għaddejja |
Jekk Tafx Min Jien |
Jien, L-Ilsien Malti |
Kemm Xtaqt |
L-Isbaħ Fjura (Nru Reġ 98) |
Ma Tridx Tara Kbir |
Mhux Li Kien |
Minn Għada |
Minn Kajfas Għal Għand Pilatu |
Misraħ Ġawhra |
Mobile |
Omm ta’ Veru |
Ottimista |
Pjazza Ġdida |
Roulette |
Sakemm Sibt Garaxx |
Siġra |
Sindikajra |
Tfewwaħ |
Tir |
Vuċijiet |
Waħdi |
Wiċċ il-Ktieb |
X’Festa |
Dawn il-kanzunetti ser jinstemgħu nhar it-Tlieta u l-Erbgħa 11 u 12 ta’ Ġunju filgħaxija, u l-ġurija ser tagħżel il-kanzunetti finalisti. (Il-kantanti konċernati ser ikunu avżati dwar il-ħin u l-post). Is-serata finali tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ nhar is-Sibt l-31 ta’ Awwissu 2019, fi Pjazza Teatru Rjal.
Fis-serata finali il-parteċipanti ser ikollhom l-għażla, li jew ikunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra, jew jakkumpanjaw il-kanzunetta huma stess, jew inkella jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom flimkien mal-orkestra.