Għall-fażi eliminatorja tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija daħlu 131 kanzunetta. Minnhom għaddew 48 għas-semi finali.
It-tieni eliminatorja li kellha ssir fil-bidu ta’ Ġunju, ġiet postposta minħabba l-elezzjoni u ser ssir il-Ħamis 15 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju filgħaxija,u s-Sibt 17 ta’ Ġunju filgħodu. Il-kantanti prinċipali ikantaw live, b’akkumpanjament rrekordjat quddiem il-ġurija. Il-ġurnata, ħin u l-post ser ikunu ikkomunikati iktar tard.
Il-kanzunetti instemgħu minn ġurija komposta mis-Sur Alfie Fabri, il-Mro Manoel Pirotta, is-Sur Joe Piscopo u Dr Michael Spagnol.
It-48 kanzunetta semifinalisti
(f’ordni alfabetika)
KANZUNETTA | KANTANT/A/I |
13, Strada Stretta | Dario & Grecia Bezzina |
Antifona ta’ Mħabba | Kapitlu Tlettax, Dominic u Ina |
Arani Ngħix | Andy Muscat |
B’Kelma | Charlie Dalli |
Ċaqlembuta | Rebecca Mizzi |
Dak Li Kont | Therese Bonnici |
Dawra Mejt | Maria u Justine |
Dil-Qalb | Anna Azzopardi |
Dwejra B’Tieqa Fiha | Charlene Rae Muscat |
Dwell | Oneke Sammut |
Eku Mill-Belt | Jake Bartolo |
F’Dirgħajk | Jean Claude Vancell |
Fjur fuq it-Tarmak | Sebastian Calleja |
Ġanni u Ġanna | Clive Muscat |
Għanjiet | Michela Galea |
Ħallejt il-Ħolm Iġorrni | Jonathan Grech |
Ħin Bla Kejl | Sarah Bonnici |
Ħolqa | Julie Pomorski |
Illum Naf | Simone Gauci |
Int u Jien | Charlene Mercieca Magro |
Ismagħni Ħabib | Graziana Axisa |
Is-Sogħba tal-Widien | Ruth Portelli |
Jien | Karine Caruana |
Jien li Jien Għax Jien | Yanika Desira |
Kemm Nixtieq | Andy Muscat |
Kliem ix-Xiħ | Mark Cachia |
Lebbet ż-Żmien | Gail Attard |
Lgħabt man-Nar | Mikhail Attard |
Li Kien Għalija | Rachel Mamo |
Meta r-Ramel Jitħallat Mas-Silġ | Jessica Magro |
Mhux Kif Ħsibt (lyrics diff) | Dwett |
Mill-Għatba ‘l Barra | Sebastian Calleja & Michela Dalli |
Min Jaf | Ryan Grech |
Narak Kuntent | Odelsie Camilleri |
Nemmen | Dario Mifsud Bonnici |
Pass ‘il Bogħod | Roberta Sacco |
Ritratt | Monica Said |
Rutina Tgħallina | Josef Camilleri & Luke Agius |
Seħer it-Toroq | Brian Dimech |
Skiet | Joseph Refalo |
Stallett | Jurgen Xerri |
Storja ta’ Suċċess | Cherylis |
Ta’ Kuljum | Maria Spiteri |
Tal-Isem | Mark Tonna |
Tasal | Nazjo |
Titkellem bis-Sinjali | Maria Christina |
U Waqa’ l-Ktieb Minn Idi | Kristabel Mercieca |
Waħdi (Nome de plume Nox) | Clive Galea |
Għal min jixtieq, ‘l quddiem nagħtu feedback dwar il-kanzunetti l-oħra.
Kummenti Ġenerali mill-Ġurija:
– Prosit lil dawk li għażlu li jinterpretaw kanzunetti sbieħ bil-lingwa Maltija. Innutajt iktar diversita’ mużikali. Ninkoraġġixxi lirika pożittiva u aktar ritmu f’dik li hi mużika.
– Waqt li xi kanzunetti kellhom lirika interessanti, bi stil mirqum, ħafna minnhom kienu miżgħuda klixes (qwiel, metafori mejta) u lingwaġġ negattiv b’ċertu kliem rikorrenti. Ikun aprezzat fil-futur l-użu ta’ metafori ġodda, friski u lingwaġġ kontemporanju. It-temi kienu varjati sew. Ħasra li xi wħud jittrattaw temi negattivi bħall-mard, id-droga u l-bqija bi stil xejn interessanti. Kanzunetta mhux bilfors tittratta tema serja/negattiva u tkun forma ta’ storja. Kienu aprezzati ħafna il-ġeneri mużikali differenti.
– Kien hemm numru ta’ kanzunetti bl-istess ritmu. Il-lirika kienet varjata u wieħed jista’ jenfasizza iktar pożittivita fil-lirika. Ċertu kanzunetti setgħu kienu aħjar, li kieku inkludew il-ħoss ta’ kitarra jew vjolin; pero dan dejjem jistgħu jkunu inklużi fl-istadju finali. Prosit lil-parteċipanti kollha, inħoss li din l-edizzjoni ser tkun pass ‘l quddiem.
– Kien hemm numru sabiħ ta’ ideat mużikali li marru tajjeb mal-versi. Ukoll, stili differenti u esperimentazzjoni rigward binja ta’ kanzunetta. Oħrajn mhux bilfors li sabu l-mużika adattata għall-versi li ngħatawlhom.
Il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu fllimkien ma Pjazza Teatru Rjal, b’kollaborazzjoni ma’ L-Akkademja tal-Malti . L-Għanja tal-Poplu hi megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.