IL-FINALISTI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU (44 EDIZZJONI)

Tħabbru s-sittax-il kanzunetta finalista tal-44 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Din is-sena, il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 ser tkun festival għat-televiżjoni permezz ta’ produzzjoni televiżiva minn PBS, trażmessa nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru. Fl-aħħar ta’ dan il-festival jitħabbru r-rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu 2020. Hekk it-telespettaturi ser igawdu festa ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti, b’messaġġi li jolqtu lilna l-Maltin.

L-għażla tas-sittax-il kanzunetta finalista minn tmenin kanzunetta saret minn żewġ ġuriji professjonali komposti mill-Professur Manwel Mifsud, is-Sur Trevor Zahra, is-Sur Walter Micallef, Dr. Anna Borg Cardona, is-Sur Noel D’Anastas, is-Sur George Cassola, Dr Corazón Mizzi u s-Sur Justin Galea.

Il-finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 (44 edizzjoni) f’ordni alfabetika huma:

Kanzunetta – Kantant/a (Awtur, Kompożitur)

Anġli Żgħar – Kayley Cuschieri (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)
F’Dirgħajk – Jean Claude Vancell (kantawtur)
Fittixtek – Ruth Portelli (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
Ftakru – Charisse Ann Vassallo (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
Ħass u Basal – Kemmuna Airways (Rita Pace)
Il-Fqir – Catriona Brincat u Mario Debono (Mario Debono – kantawtur)
Il-Passat Mhux Garanzija tal-Futur – Charlene Mercieca Magro (Rita Pace)
Jien u Int – Marilyn Aquilina (kantawtriċi)
Mediterran – Amber Marie Coleiro (Joe Julian Farrugia, Andrew Zammit)
Minn Taħt l-Ilsien – Amber Grace (Rita Pace, Marco Debono)
Missier Aħfrilhom – Christabelle Scerri (Rita Pace, Augusto Cardinali)
Mobile – Natalie Naudi (kantawtriċi)
Normalità Ġdida – Jamm Band (Mark Cachia – kantawtur)
Professuri – Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss u Rachel Lowell, Philip Vella u Rachel Lowell)
Sakemm Sibt Garaxx – Sarah Micallef Muscat (Frederick Camilleri, Augusto Cardinali)
Sant’Antnin – Rita Pace (kantawtriċi)

L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. L-Għanja tal-Poplu 2020 qed jittella’ b’differenza biex nimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

__________________________________

Poster – Marie Claire Cremona