Krista Spiteri Lucas
Krista Spiteri Lucas twieldet fit-22 ta” Marzu, 2001 u tattendi skola fil-livell post sekondarju. Joghgbuha s-suggetti relatati mal-istorja u l-lingwa. Hija tistudja l-vuci u l-pjanu fejn waslet fit-tmien grad minkejja l-eta’ zghira taghha.
Hija tkanta regolarment ma’ live band kemm fuq it-televizjoni kif ukoll waqt attivitajiet ohra. Thobb tkanta kemm bil-Malti u l-ingliz kif ukoll bil-lingwa Taljana. Ghandha repertorju ta’ diski varjati u f’dan l-ahhar ftit snin ippartecipat ukoll go festivals li komplew tawha opportunita’ tiehu esperjenza siewja.
Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:
L-awtur ixebbah il-karatteristiċi li għandhom il-fjuri tal-karti mal-karatteristiċi li għandhom il-kliem. Bħall-fjuri tal-karti, il-kliem huma delikati, imlewnin, itiru mar-riħ, jieħdu t-tifsir u jfewħu. Bħall-fjuri tal-karti, il-kelma hi minnha nnifisha artistika u mħaddna kif xieraq taf tmiss il-qlub ukoll. Tista’ tintuża wkoll ħażin bħall-fjura tal-karti li timtela bit-trab u tikrieh. Iżda fl-aħħar mill-aħħar ix-xewqa tal-awtur hi li l-kliem bħall-fjuri tal-karti jġibu biss għaqda u ferħ.