Messaġġ lill-parteċipanti :

Issa li għadda l-festival taż-Żgħażagħ twettaq b’suċċess inħarsu ‘l quddiem b’antiċpazzjoni għal-festival L-Għanja tal-Poplu Festival tal-Kanzunetta Maltija. Qed nippreparaw ir-regolamenti ta’ dan il-festival li ser jkunu  jixbħu lil dawk tas-sena li għaddiet.

Id-data proposta hija is-Sibt  l-1 ta’ Settembru 2018. Tkun konfermata fil-ġranet li ġejjin.

Il-festival ser ikun fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

Se naħdmu biex ikun hemm firxa wiesgħa ta’ kantanti, kantawturi, gruppi, awturi, kompożituri jipparteċipaw f’dan il-festival.

Inkomplu ninkoraġġixxu l-liberta’ tal-għażla tal-istil mużikali, u l-espressjoni ħielsa permezz tal-lirika, u fl-istess ħin intejbu l-livell tar-recordings fuq is-CD.

Fl-istadju finali mistenni li l-kanzunetti ser ikunu iġġudikati minn ġurija popolari kif wkoll minn ġurija esperta.

Min għandu xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, iktbulna f’dan permezz tal-email ghanjatalpoplu@gmail.com