Stedina għall-artisti tal-kanzunetta Maltija.
Għadna kif ħabbarna r-regolamenti tat-42 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija li ser isir fl-1 ta’ Settembru li ġej fi Pjazza Teatru Rjal.
Ser issir laqgħa ta’ informazzjoni għal dawk kollha interessati u li jixtiequ jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss kif ukoll dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija.
Il-laqgħa ser issir
Nhar il-Ġimgħa 13 t’April fis-7 pm,
fi Project House, Beltissebħ il-Furjana (biswit id-depot tal-pulizija).
Wara jkun hemm bibita.
Narawk.
Jekk jogħġbok ikkonferma li ser tattendi billi timla il-formola ta’ hawn fuq u tibghatilna
Dan il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.
L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.