News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

Il-Kantanti Finalisti 2024

Booking minn ticketline.com.mt - Fully Booked Il-festival sa jixxandar live dirett fuq TVM is-Sibt fid-9pm,Nhar il-Ħadd 4 ta' Awwissu fuq TVM fis-2pm;Nhar l-Erbgħa 7 ta' Awwissu fuq TVM News+ fid-9pmu fuq RTK 103 FM il-Ħadd filgħodu. Il-Lirika ta' L-Għanja tal-Poplu 2024 Il-festival jasal fit-48 Edizzjoni tiegħu Il-preparamenti għat-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu għaddejjin ġmielhom. Il-festival se jittella’ nhar is-Sibt 3 ta’ Awwissu fid-20:45 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown. Din is-sena ingħatat l-opportunita' li l-arranġamenti għall-orkestra jsiru minn persuni li jgħażlu l-pateċipanti stess. L-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival ittellgħet 51 sena ilu ġewwa l-belt Valletta. L-Għanja tal-Poplu baqa’ jiġbed lejh żgħażagħ kif wkoll artisti ta’ esperjenza li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija. Il-Kantanti Finalisti 2024

Jintgħażlu l-Finalisti GħTP 2024

L-GĦANJA TAL-POPLU 2024

Jintgħażlu
l-Finalisti tat-48 Edizzjoni

Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2024 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. B’kollox ikkonkorrew 120 kanzunetta għat-48 edizzjoni li minnhom intgħażlu 41. Il-kanzunetti semifinalisti nstemgħu kantati live quddiem […]

Ippublikati r-Regolamenti 2024

KLIKKJA HAWN BIEX TAPPLIKA ONLINE

Titħabbar it-48 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024

Bi pjaċir inħabbru t-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fit-3 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-festival L-Għanja tal-Poplu joffri l-liberta’ lill-artisti tal-kanzunetta Maltija li jużaw […]

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top