Il-50 Anniversarju
Ċelebrazzjoni tal-50 sena mill-bidu tal-festival fl-1973. Bi pjaċir nistednukom tingħaqdu magħna għall-avveniment L-Għanja tal-Poplu - Leħen il-Maltin (1973-2023) nhar il-Ħamis 30 ta’ Marzu fis-6.30pm fi Studio B Spazju Kreattiv – fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, Il-Belt. Programm Kant live minn Frank O’Neill, Mario Debono, Mark Tonna, Alexia Micallef u Corazón Mizzi flimkien ma’ siltiet ta’ filmati ta’ kanzunetti ppreżentati fi tlett programmi televiżivi li jinkludu lil Walter Micallef, John Bundy, Chiara, Philip Vella u Daniel Cauchi Tippreżenta is-serata: Corazón Mizzi Tnedija tas-47 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu Nixtiequ nistednukhom tingħadu magħna għal dan l-avveniment billi tirreġistraw f’din il-link . (Il-programm idum madwar siegħa u kwart u ġentilment mitluba tkunu bilqiegħda fis-6:20pm . Dan l-avveniment huwa mingħajr ħlas. In-numru ta' postijiet huma limitati.)
Is-Semi Finalisti GħTP-Ż 2019
L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ 2019
Kanzunetti u Kantanti Semi-Finalisti
(f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta)
Isem Kanzunetta | Kantant/a |
Bla Ma Rrid | Emma Cutajar |
Ċafċifa | Martina Schembri |
Fil-Fond | Demi Galea |
Ftakru | Charisse Ann Vassallo |
Fuq Bandla | Krista Sujak |
Għoxrin | Martina Galea Loffreda |
Ħaġar Qim | Gianluca Cilia |
Ħamra Nar | Elisa Andrea Muscat |
Ħorrox Borrox | Jasmine Farrugia |
Ilallu | Nathianiel Attard u Martina Abela |
Iljun |
Press Release: GħTP-Żagħżagħ 2019
Il-ħames edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ser tittella’ il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2019 fit-teatru tal-kulleġġ San Benedittu Ħal Kirkop. Bħas-sena li għaddiet il-kanzunetti finalisti jinstemgħu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra li ser tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown u Mro Paul Abela.
Il-kumitat qed jippubblika linji gwida filwaqt li jħeġġeġ lil żgħażagħ u adoloxxenti li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta bil-Malti biex jipparteċipaw. Id-data li fiha ser […]
Ir-Rebbieħa L-Għanja Tal-Poplu 2018
Press Release
IR-REBBIEĦA TAT-42 EDIZZJONI TAL-GĦANJA TAL-POPLU
Festival tal-Kanzunetta Maltija
Il-kanzunetta rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2018 – Festival tal-Kanzunetta Maltija li sar ġewwa Pjazza Teatru Rjal is-Sibt 1 ta’ Settembru hija ‘Mhux Kulma Jleqq Deheb’, kantata minn Michela Galea, kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Renato Briffa. Michela Galea tfakkar li l-affarijiet li jidhru sbieħ b’ħafna tlellix warajhom jaf ikollhom realità kompletament differenti minn dik li […]
Dominic u Ina – Lil Din L-Art Ħelwa
Dominic u Ina
Dominic u Ina huma koppja mizzewga b’tifel ta’ 9 snin jismu Ainsley. Ilhom snin twal fil-karriera tal-kant u drama fejn hadu sehem kemm f’diversi festivals tal-kant u kif ukoll bhala atturi fi Musicals , Pantomimi u kif ukoll fuq Dramas likali fosthom Katrina, Dejavu, dreams, mamist u hafna ohrajn. Ina Robinich kienet klassifikata fl ewwel post fil-festival l-Ghanja tal-Poplu 2004 bil-kanzunetta “wellidni” fuq […]