Kif Torganizza Event
Kors ta’ taħriġ għall-membri tal-Għanja tal-Poplu u Għaqdiet Volontarji Maltin L-Għaqda L-Għanja tal-Poplu qed toffri kors ta’ taħriġ fejn dawk li jattendu jitgħallmu kif jippjanaw u jorganizzaw avveniment/i b’suċċess. Dan il-kors huwa tajjeb wkoll għal min irid jorganizza showcase jew tnedija tal-kanzunetti tiegħu, jew irid jorganizza serata ta’ kanzunetti flimkien ma’ kantanti oħra, jew irid jgħin lil ħaddieħor fl-organizzazzjoni ta’ xi avveniment. Jekk inti membru attiv f’għaqda volontarja, dan il-kors jgħinek tkun aktar effettiv fl-attività tal-għaqda li inti membru tagħha. Barra minn hekk dan il-kors ta’ taħriġ jgħinek tkun taf x’għandek tagħmel u ma tagħmilx meta tkun involut f’organizzjoni ta’ attività fuq ix-xogħol jew avvenimenti tal-familja. Għal dan il-għan qed noffru kors ta’ tlett ijiem immexxi minn Annalisa Schembri, persuna b’esperjenza twila f’dan il-qasam u li bħalissa hija wkoll id-direttur tal-APS Summer Festival. Dan il-kors ta’ taħriġ se jkun bil-Malti u n-noti jkunu bl-Ingliż. Aktar dettalji flimkien mal-applikazzjoni jinstabu fis-sit www.ghanjatalpoplu.org/kors2023 . Jekk trid tattendi, applika kemm jista’ jkun malajr għax in-numru ta’ postijiet f’dan il-kors huma limitati. Applika hawn . Għal aktar tagħrif ibgħatilna email: ghanjatalpoplu@gmail.com
Lydon Incrovaja – Weghedni
Lydon Incorvaja
Lydon Incorvaja twieled fil 11 ta Awissu fl 1996 u jghix gewwa il lokalita tal gzira. Huwa kantant, Attur u stilista tax xaghar. Fleta ta 14 il sena beda jattendi lezzjonijiet one to one ma Soprana internazjonali Gillian Zammit fejn hemek beda jigi preparat biex ipoggi ghal ezamijiet fuq bazi internazzjonali. Fl 2015 beda jattendi ukoll ghal lezzjonijet one to one gewwa “Vocal Booth […]
Hadd Ma Jaf Xi Jrid
JAMM Band
JAMM Band hija band versatili li ddoqq ħafna stili differenti ta’ mużika. Din il-band hija mibnija minn ħames membri, li l-maġġor parti mill-Mellieha. Ġiet iffurmata f’Marzu tal-2009 u fetħet bil-kunċert “Canzoni vs. Songs” li seħħ fit-teatru Grieg ta’ Ta’ Qali. Minn dakinhar, il-band ħadet sehem f’diversi serati, li fihom stiednet bosta kantanti sabiex jittella’ programm oriġinali ta’ mużika varjata minn żminijiet differenti, fosthom kunċert ġo Adenau (il-Ġermanja) fejn JAMM Band kienet mistiedna għal ‘heimat […]
Rita Pace – Bis-Serqa
Rita Pace
Rita Pace hija kantawtriċi li tikteb kemm għaliha u għal kantanti oħrajn. Hija ħadet sehem fil-diversi festivals bħala awtriċi u kklassifikat fl-ewwel tlett postijiet u ġieli wkoll rebħet b’xoghlijiet tagħha. Fl-Ghanja tal-Poplu wkoll ippartecipat kemm-il darba u rebħet il-premju għall-Aqwa lirika b’tema socjali 6 darbiet. Hija kklassifikat tlett darbiet fit-tielet post bħala kantanta u kantawtrici kif ukoll bħala kompożitriċi bis-siltiet “Indunajt”, “Pupazz” u “Battibekk” […]
Dwett – Mhux Kif Ħsibt
Dwett
L-ilħna wara Dwett huma ta’ Cherylis u Mikhail, żewġ kantanti solisti li lura fis-sena 2014 ġiethom l-idea li jibdew jaħdmu flimkien wara li kkompetew kontra xulxin ġo festival internazzjonali fl-Italja.
Il-miri tagħhom qatt ma kienu fil-baxx u wara diversi prestazzjonijiet madwar Malta, kien propju fl-2016 li waslu sal-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta “Bit-Tikketta” fuq kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Marco Debono.
Ftit tax-xhur wara, fl-2017 […]