News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2022

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro Joe Brown. Il-festival ixxandar live fuq TVM bil-preżentazzjoni ta’ Valerie Vella. Għal dan il-festival daħlu 131 kanzunetta. Ir-Rebbieħa Il-kanzunetta ‘Fil-Kexxun’ interpretata minn Alexia Micallef fuq kliem u mużika ta’ Lon Kirkop rebħet it-titlu ta’ L-Għanja tal-Poplu 2022. Il-kanzunetta rebbieħa titkellem fuq diffikultajiet li jgħaddu minnhom individwi li għandhom l-anoressija filwaqt li tagħtihom tama li din il-kundizzjoni tista’ tingħeleb. Alexia Micallef rebħet ukoll il-premju Enzo Gusman għall-aħjar interpretazzjoni. Il-kanzunetta ‘Ismi’ kantata minn Marija Bellia, fuq kliem u mużika ta’ Iona Dalli u Marija Bellia, ġiet ikklassifikata fit-tieni post. Il-kanzunetta hija mnebbħa mill-istupru u l-qtil brutali ta’ Paulina Maria Dembska fil-bidu ta’ din is-sena u tittratta l-femiċidju, l-abbuż domestiku, l-istupru, u dak kollu li għandu x’jaqsam mal-biża’ li kontinwament tgħix fih il-mara fis-soċjetà. Marija Bellia ħadet ukoll il-premju għall-aħjar kantawtur. Il-grupp MARA rebaħ it-tielet post bil-kanzunetta ‘Ħelu Manna’, miktuba minn Emil Calleja Bayliss b’mużika ta’ Philip Vella. Il-kanzunetta titkellem dwar il-ħlewwa [...]

Monica Said – Anamika


Monika Said

Monica Said hija kantanta ta’ għoxrin sena, mill-Munxar Għawdex. Ilha tkanta minn mindu kellha tlettax-il sena, u minn dakinhar ‘l hawn kantat f’diversi avvenimenti lokali. Fit-42 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu, Monica rebħet il-premju tal-aħjar interpretazzjoni bil-kanzunetta tagħha ‘Ritratt’.  Apparti l-kant, Monica għadha kif temmet it-tielet u l-aħħar sena bħala studenta universitarja fil-kors B.A. (Unuri) Malti. Fil-futur ġejjieni taspira li tkompli timraħ il-quddiem fil-linja tal-kant fix-xena lokali, kif […]

Neville (Neville Refalo)


Neville (Neville Refalo)

Neville beda l-karriera tiegħu 16-il sena ilu taħt it-tagħlim tal-Maestro lokali Bryan Cefai. Ħa sehem f’diversi festivals lokali fosthom il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa, Festival Indipendenza, Festival Kanzunetta Maltija u l-Għanja tal-Poplu. Kien rebbieħ ukoll tal-festival Malta Hit Song Festival fl-2010 li biha wkoll rrappreżenta lil Malta fil-festival Universong fi Spanja fejn hu kiseb il-Premju prestiġjuż tal-Aħjar Artist Internazzjonali. Neville ħa sehem b’suċċess ukoll f’aktar […]

Krista Spiteri Lucas – Fjuri tal-Karti


Krista Spiteri Lucas

Krista Spiteri Lucas twieldet  fit-22 ta” Marzu, 2001 u tattendi skola fil-livell  post sekondarju. Joghgbuha s-suggetti relatati mal-istorja u l-lingwa.   Hija tistudja l-vuci u l-pjanu fejn waslet fit-tmien  grad minkejja l-eta’ zghira taghha.

Hija tkanta  regolarment  ma’ live band kemm fuq it-televizjoni kif ukoll waqt attivitajiet ohra.    Thobb tkanta kemm bil-Malti u l-ingliz kif ukoll bil-lingwa Taljana. Ghandha repertorju ta’ diski varjati  u f’dan […]

Cain – Min Aħna?


Cain

Cain Portelli, twieled fil-15 ta’Novembru 2001, skopra l-imhabba għall-mużika ta meta kellu biss erba’ snin. Beda jkanta still pop u anke soft rock u meta għalaq ħdax –il sena sar jogħġbu l-istil rap, taħt it-tagħlim ta’ Gillian Attard. Ta’ tlettax –il sena kien tela’ Sqallija biex jinkompeti f’ Una Stella Sta Nascendo fejn gie l-ewwel fil-kategorija tiegħu, it-tielet fl- overall u rebaħ il Primo Revaluzione. […]

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top