News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

Applikazzjonijiet 2022

L-Applikazzjonijiet Jinsabu MagħluqaInfakkru li l-applikazzjonijiet għal L-Għanja tal-Poplu 2022 huma miftuħin sat-18 ta’ Marzu. L-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu online sat-18 ta' Marzu 10pm . (Ara l-applikazzjoni) . Fil-każ li tiġi bżonn estensjoni, ikkuntatjana qabel it-18 ta' Marzu, 2022 fuq 99882646 biex tingħata permess għal estensjoni sa mhux iktar tard mill-25 ta' Marzu. Il-ħlas tas-sottomissjoni wara it-18 ta' Marzul 2022 ikun ta' €80 .Għal dan il-festival tista’ tikteb kanzunetta/i fuq dak li tixtieq u bl-istil mużikali li tixtieq int. Aktar dettalji jinsabu fir-regolamenti.Inħajruk tipparteċipa f’ L-Għanja tal-Poplu 2022. Għal iktar informazzjoni ara l-paġna ta’ Mistoqsijiet Frekwenti.L-Għanja tal-Poplu se jittella’ fit-30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra u se jixxandar live fuq TVM. Bħas-sena li għaddiet, qabel il-festival kull kanzunetta se jsirilha l-music video tagħha.Jekk għandek xi mistoqsijiet nistednuk tibagħtilna email fuq ghanjatalpoplu@gmail.com .

L-Għanja tal-Poplu – 42 Edizzjoni (Update)

Messaġġ lill-parteċipanti :

Issa li għadda l-festival taż-Żgħażagħ twettaq b’suċċess inħarsu ‘l quddiem b’antiċpazzjoni għal-festival L-Għanja tal-Poplu Festival tal-Kanzunetta Maltija. Qed nippreparaw ir-regolamenti ta’ dan il-festival li ser jkunu  jixbħu lil dawk tas-sena li għaddiet.

Id-data proposta hija is-Sibt  l-1 ta’ Settembru 2018. Tkun konfermata fil-ġranet li ġejjin.

Il-festival ser ikun fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

Se naħdmu biex ikun hemm firxa wiesgħa ta’ kantanti, […]

Ir-Rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

L-Għanja tal-Poplu – Zgħażagħ 2018

​​ir-Rebbieħa

PRESS RELEASE

L-Għanja tal-Poplu – Zgħażagħ 2018 ittella’ fit-tmiem il-ġimgħa, (il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018),  fit-Teatru ta’ San Benedittu ġewwa Ħal Kirkop. Il-kantanti parteċipanti  kellhom bejn il-11 u s-16-il sena. Il-festival ittella’ bil-għan biex minn sena għall-oħra ż-żgħażagħ ikollhom iktar sehem fil-kitba u l-kompożizzjoni ta’ kanzunetti bil-Malti immirati għaż-żgħażagħ.

Il-Kanzunetta Il-Ħolma  kantanta minn Riona Degiorgio fuq kliem ta’ Raymond Mahoney u mużika ta’ Dominic Cini […]

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top