News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

L-Għanja tal-Poplu 2022

Is-46 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu se tittella' fi Pjazza Teatru Rjal nhar is-Sibt 30 ta' Lulju 2022 bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt it-tmexxija ta' Mro Paul Abela.Il-kanzunetti se jintlaqgħu online bejn il-Ġimgħa 25 ta' Frar u l-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2022 u l-finalisti jitħabbru sal-24 ta' April. L-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi u kantanti tal-kanzunetta Maltija mistiedna jipparteċipaw f'dan il-festival tagħna l-Maltin.Ir-regolamenti tal-festival flimkien ma’ dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-festival jinsabu ppublikati fis-sit www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti-2022 .L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Preżentazzjoni ta’ Teżi lill-Għanja tal-Poplu

George Cassar għadu kif temm b’suċċess il-kors ta’ B.A. (Unuri) fil-Malti. Huwa ppreżenta kopja tat-teżi tiegħu lill-għaqda tal-Għanja tal-Poplu.

It-teżi ta’ George Cassar jisimha ‘L-iżvillup Tal-Kanzunetta Maltija B’Tema Soċjali (B’Analiżi tar-Repertorju tal-Kantawtur Walter Micallef)’. It-tama tal-awtur hija li jikxef il-preġju tal-kanzunetta Maltija u jgħin biex jitqajjem iktar interess f’dan il-ġeneru lokali. B’hekk l-għanja Maltija ma tibqax titqies ta’ livell dilettantesk imma tingħata l-ġieħ li tassew jixirqilha u tikseb […]

L-GĦANJA TAL-POPLU – Żgħażagħ

L-Applikazzjonijiet jintlaqgħu fit 2 ta’ Novembru 2017;

Nofs Novembru jitħabru it-30 semi-finalista;

Bidu ta’ Diċembru jintagħżlu l-finalisti;

il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018, il-finali.

Il-kumitat organizzattiv tal-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti, il-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal u l-Kunsill Malti għall-Arti qed iħejju ruħhom sabiex jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ. Dan il-festival hu […]

Applikazzjonijiet għall-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ (4 Edizzjoni)

L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ huwa festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti interpretati miż-żgħażagħ u akkumpanjati live.

Ir-raba’ edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri grupp ta’ mużiċisti li ser jakkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown,  b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu […]

Kunċert minn Walter Micallef f’Jum Malta ġewwa Berlin

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Kunċert minn Walter Micallef f’Jum Malta ġewwa Berlin

 

Jum Malta fil-Ġermanja ġie ċelebrat fid-19 ta’ Settembru fl-ambaxxata Maltija f’Berlin taħt il-patroċinju tal-ambaxxatur Malti għall-Ġermanja Dr Albert Friggieri. Is-serata, li għaliha attendew  ‘il fuq minn mitt ruħ,  fetħet b’filmat qasir fuq il-Belt Valletta u b’diskors ta’ merħba mill-istess ambaxxatur. Intwera imbagħad fuq skrin kbir messaġġ vidjo għall-okkażjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onorevoli Carmelo Abela.

Fost il-mistednin kien […]

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top