News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

Update –Lejn is-46 Edizzjoni

Minkejja d-diffikultajiet li qalgħet il-pandemija, il-kumitat organizzattiv xorta tella' l-45 edizzjoni tal-festival nhar is-Sibt 7 ta' Awwissu 2021. Il-palk ta' Pjazza Teatru Rjal ġie estiż biex hekk il-mużiċisti u l-kantanti izommu id-distanza minn xulxin. Għat-tieni sena konsekuttiva inħadmu wkoll song videos tal-kanzunetti finalisti li xxandru minn qabel fuq l-istazzjonijiet televiżivi principali ta' Malta.Wara il-festival sar post-mortem fejn il-kumitat organizzattiv laqa' kummenti u suġġerimenti online. Issa wasalna fl-istadju li niddeċiedu id-dettalji dwar is-46 edizzjoni u wara jitħabbru r-regolamenti.

  Ir-Rebbieħa tal-41 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu

PRESS RELEASE

IR-REBBIEĦA TAL-41 EDIZZJONI TAL-ANJA TAL-POPLU

Festival tal-Kanzunetta Maltija

 

Il-kanzunetta rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2017 – Festival tal-Kanzunetta Maltija li sar ġewwa Pjazza Teatru Rjal is-Sibt 2 ta’ Settembru hija ‘Meta r-Ramel Jitħallat Mas-Silġ’, kantata minn Jessica Magro, kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Pamela Bezzina. Il-kanzunetta tirrifletti dwar il-konflitti ta’ mibgħeda u ta’ qerda madwar id-dinja.

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top