Sapport
Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu ta’ kull sena jtella’ festival ta’ kanzunetti oriġinali b’messaġġi relevanti għalina il-Maltin. Ħafna mill-fondi tagħna jiġu mill-attendenza għall-festival. Minkejja il-problemi li ħolqot l-pandemija din l-għaqda volontarja xorta tellgħet l-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-festival . Bħal kull organizzazzjoni oħra, in-nuqqas ta’ udjenza ħoloq stress finanzjarju fuq l-organizzazzjoni. Għaldaqstant napprezzaw kull sapport għal dan il-festival li kontinwament żamm il-kanzunetta Maltija ħajja matul is-snin. Hemm diversi modi kif tista’ tghin biex niżguraw li dan il-festival immexxi b’mod indipendenti, jibqa’ jirrinova ruhu u jifjorixxi. Jekk tixtieq li b’xi mod tgħin bis-servizz tiegħek jew permezz ta’ donazzjoni lil din l-għaqda volontarja tista’ tikkuntatjana permezz tal-email info@ghanjatalpoplu.org . Mod ieħor kif tista' tissaportja l-festival huwa billi tattendi l-festival u tista' wkoll tixtri xi publikazzjonijiet fuq CD jew USBs. Hekk tkun qed tinkoraġġina fil-ħidma tagħna. L-Għanja tal-Poplu jittella' bil-kollabborazzjoni ma' Pjazza Teatru Rjal u l-Malta Concert Orchestra. L-Għanja tal-Poplu huwa mgħejjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
Jitħabbru l-Finalisti – L-Għanja tal-Poplu (41 Edizzjoni)
Il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu fllimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal, b’kollaborazzjoni ma’ L-Akkademja tal-Malti . L-Għanja tal-Poplu hi megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.
Jitħabbru it-48 Kanzunetta Semi-Finalista
Għall-fażi eliminatorja tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija daħlu 131 kanzunetta. Minnhom għaddew 48 għas-semi finali.
It-tieni eliminatorja li kellha ssir fil-bidu ta’ Ġunju, ġiet postposta minħabba l-elezzjoni u ser ssir il-Ħamis 15 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju filgħaxija,u s-Sibt 17 ta’ Ġunju filgħodu. Il-kantanti prinċipali ikantaw live, b’akkumpanjament rrekordjat quddiem il-ġurija. Il-ġurnata, ħin u l-post ser ikunu ikkomunikati iktar tard.
Il-kanzunetti instemgħu minn ġurija komposta mis-Sur Alfie […]
Regolamenti 2017
Il‑kanzunetti jintlaqgħu fl‑uffiċċju tal‑Għanja tal‑Poplu, 227 Triq il‑Merkanti, il‑Belt, nhar Il-Ħamis 11 ta’ Mejju 2017 , mill-10:30–12:00 u mis-18:00 sad-21:00
L-eliminatorji pjanati għall-1, 2 u 3 ta’ Ġunju ser ikunu posposti minħabba l-elezzjoni. Id-dati jitħabbru hekk kif ikunu deċiżi.
Il-41 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija
PRESS RELEASE (16 Marzu 2017)
Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu iħeġġeġ lill-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi tal-kanzunetta Maltija jipparteċipaw fil-41 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta […]
Waslet il-41 Edizzjoni
Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu iħeġġeġ lill-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi tal-kanzunetta Maltija jipparteċipaw fil-41 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Id-data ta’ sottomissjoni tal-kanzunetti ser tkun f’nofs Mejju.
L-awturi u l-kompożituri mistiedna jiktbu fuq dak kollu li jixtiequ u jikkomponu b’liema stil jixtiequ, u ma jillimitatawx irwieħom għal temi soċjali biss, jew bi stil mużikali wieħed biss.
Il-festival mistenni jsir fit-2 ta’ Settembru […]