Premjijiet GhTP 2021
IR-REBBIEĦA TAL-45 EDIZZJONI TA' L-GĦANJA TAL-POPLU Festival Tal-Kanzunetta Maltija L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt 7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro Joe Brown. Il-festival kien imxandar live fuq TVM bil-preżentazzjoni ta’ Ray Calleja. Għal dan il-festival daħlu 178 kanzunetta. Il-kanzunetta ‘Fuq L-Ixkaffa’ interpretata minn Sean Borg fuq kliem u mużika ta’ Philippa Naudi u Bettina Muchmore rebħet it-titlu ta’ L-Għanja tal-Poplu 2021. Il-kanzunetta rebbieħa tagħti leħen lill-ħsibijiet ta' dawk kollha li xi darba jew ohra ħassew li ma setgħux jesprimu lilhom infushom. Il-kanzunetta ‘Is-Sirena Li Welldet it-Tama’ kantata minn Haley Azzopardi u miktuba minn Paul Ellul, b’mużika ta’ Mark Spiteri Lucas ġiet ikklassifikata fit-tieni post. Il-kanzunetta tiddeskrivi l-atmosfera waqt iċ-ċirkostanza traġika tal-mewt ta’ Miriam Pace li ntradmet taħt it-terrapien ta' darha stess. Il-grupp MeadowStrings magħmul minn Mario Camilleri u Magdalene Farrugia rebħu t-tielet post bil-kanzunetta ‘Niftakar’ fuq kliem u mużika tagħom stess. L-għanja tal-grupp ispirata minn emozzjonijiet ta’ mħabba. Il-grupp MeadowStrings rebħu wkoll il-premju għall-aħjar kantawtur. Il-premju għall-interpretazzjoni ntrebaħ mill-aħwa Dario u Grecia Bezzina bil-kanzunetta ‘Il-Bajtar Sar’. Miktuba minn Rita Pace u b’ [...]
FORUM 14 u 21 ta’ Jannar
Alfred C. Sant – Ħsieb profond fuq Lanċa Ġejja u L-Oħra Sejra
Trevor Zahra – waqt il-Forum – Orizzonti Ġodda għall-Kanzunetta Maltija
Manwel Mifsud – L-Għanja Maltija – L-Għeruq u l-Fattizzi Tagħha
Forum : Orizzonti Ġodda għall-Kanzunetta Maltija
Staff
Sejħa għall-applikazzjonijiet
Xogħol – Part-Time – Festival Production Manager
mal-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu, permezz tal-Cultural Partnership Agreement mal-Kunsill Malti għall-Arti
Din is-sejħa għalqet
( Data tal-Egħluq – 13 ta’ Diċembru, 2016 )
L-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu qed tfittex persuna entużjasta, pożittiva, artistika u ta’ esperjenza fil-produzzjoni ta’ festivals tal-kanzunetti jew ta’ esperjenza simili, biex taħdem mal-istess għaqda . Dan […]
Sunny Aquilina
Sunny Aquilina twieled Bormla, il-Belt Cospicua minn Elizabeth, xebba Gauci, u Emmanuel Aquilina nhar l-1 t’April, 1946. Huwa l-kbir fost disa’ ulied. Ħa l-edukazzjoni tieghu fl-Iskola Primarja ta’ Bormla, fil-Liċeo l-Ħamrun, fil-Kulleġġ tal-Għalliema u l-MCAST minn fejn beda l-professjoni ta’ għalliem. Għall-ewwel ħadem ukoll fil-posta fejn iltaqa’ ma’ Joe Tanti tal-Greenfields u kienu ħbieb ħafna u jitkellmu […]
Lirika (40Ed)
Ta’ Billejl
kliem: Paul Ellul
mużika: Mark Spiteri Lucas
ikanta: Neville Refalo
Sarli l-ħin biex immur naħdem,
jien illum ix-xift tal-lejl,
il-jiem tiegħi saru riga,
nieħu dejjem l-istess kejl.
Lil uliedi fil-friex komdi,
inħallihom hemm reqdin,
filgħaxija jkunu daħlu,
xħin immur għax-xogħol fil-ħin.
Pa, ħa nkellmek għandi x’ngħidlek,
pa, dil-kelma ma nafhiex,
pa, dil-logħba mhix għal wieħed,
pa, dil-ħajja ma rridhiex.
Ta’ billejl, ħu ftit paċenzja,
ta’ billejl, diġa` qed tard,
idħol orqod naraw għada,
tgħatta sew għax daqsxejn bard.
Il-kont tiegħi mimli ewros,
mowbajl fown għal […]