News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

Il-Kanzunetti Finalisti fl-Ordni Li Se Jitkantaw

Titħabbar l-ordni tal-kanzunetti finalisti ta’ L-GĦANJA TAL-POPLU 2021 L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se jittella’ nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Din hi l-ħames darba li dan il-festival qed jittella’ akkumpanjat mill-orkestra fi Pjazza Teatru Rjal. Għall-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu daħlu 178 kanzunetta li minnhom intgħażlu l-40 kanzunetta semifinalista. Wara ntgħażlu s-sittax-il kanzunetta finalista. Dawn il-kanzunetti se jkunu interpretati u mxandra live fuq TVM nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu fid-9pm. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti, L-Ghanja tal-Poplu qabel mal-kollaboraturi li l-festival ikun televiżiv, immirat għat-telespettaturi Maltin. Il-palk ta’ Pjazza Teatru Rjal se juża’ l-faċilità li għandu biex ikun estiż b’ħames metri. B’hekk il-mużiċisti u l-kantanti jistgħu jiġu akkomodati skont kif jitolbu ċ-ċirkustanzi. Hekk kif fadal inqas minn xahar għas-serata finali, il-kumitat organizzattiv qed jirsisti biex għall-aħħar ta' Lulju iniedi l-festival b'song videos tal-kanzunetti finalisti. Dawn se jixxandru fuq it-televiżjoni u fuq il-media soċjali. Il-festival jilħaq il-qofol tiegħu s-Sibt 7 ta’ Awwissu meta l-kanzunetti jiġu interpretati live u akkumpanjati mill-Malta Concert Orchesta taħt it-tmexxija tal-Maestro Joe Brown. Din is-sena l-organizzaturi għafsu fuq l-importanza ta’ lirika tajba bil-Malti, [...]

Klabb Ghanja

Jekk trid tinzamm infurmat dwar il-festival u tkun minn ta’ l-ewwel li tkun mistieden għall-attivitiajiet inkiteb fi Klabb Ghanjafest.

Trofew, L-Għanja tal-Poplu Trofew – L-Għanja tal-Poplu

 

Il-kanzunetti jintlaqgħu it-Tlieta 19 t’April 2016

L-awturi u kompozituri tal-kanzunetta Maltija mistiedna jissottomettu kanzunetti ghall-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija li ser jittella’  fi Pjazza Teatru Rjal fis-7 u fid-9 ta’ Lulju 2016 , bis-sehem tal-orkestra tal-PBS.  Il-kanzunetti ser jintlaqgħu nhar it-Tlieta 19 ta’ April,  bejn l-10:30 u 11:45 u bejn is‑18:00 u d‑21:00. Ara Linji Gwida. Il-festival ser jixxandar fuq TVM.

Trofew, L-Għanja tal-Poplu Trofew – […]

Laqgħa informattiva għall-parteċipanti u ħbieb

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija
L-40 Edizzjoni
Laqgħa informattiva għall-parteċipanti u ħbieb

Min jixtieq jattendi jiktbilna hawn
http://www.ghanjafest.com/tnedija-ghanja-tal-poplu-2015/
tirċievi konfermaPost Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt
Spazju Kreattiv fi Studjow B.
Erbgħa 9 ta’ Marzu fis-6pm

Programm
– Video feature – clips qosra mill-Għanja tal-Poplu
– Merħba minn Josephine Ebejer Grech (PRO)
– Ecca Muscat –  Ġismi – L-Għanja tal-Poplu 2015
– Josephine Ebejer Grech  u […]

Kummenti tal-Ġurija 31 ta’ Jannar 2015.

Kummenti u suġġerimenti mingħand it-tieni ġurija tad-39 edizzjoni miġbura minn Josephine Ebejer Grech.

L-ewwel Ġurat
Hawn materjal validu.
Hemm ukoll xewqa li ninterpretaw il-ħajja reali – kanzunetti attwali.
Ħafna drabi jibqgħu fil-livell ta’ “komponiment” jew taqbila dwar is-suġġett u ma jitilgħux għall-livell artistiku.
Dan jidher ukoll min-nuqqas ta’ metafora f’ħafna mill-kanzunetti.
Jolqtok il-fatt li ħafna mil-lirika qiegħda fl-ewwel persuna.
Jinħass tentattiv konxju biex il-kanzunetta tal-festival toħroġ mil-iskemi tradizzjonali, l-aktar fil-mużika.
Inħoss li hemm […]

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top