Il-Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2021
Jintgħażlu l-kanzunetti finalisti tal-45 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu Il-membri tal-ġurija fil-fażi tas-semifinali semgħu l-40 kanzunetta magħżula minn 178 kanzunetta. Il-ħames ġurati taw il-ġudizzju tagħhom biex hekk setgħu jintgħażlu l-finalisti. Ir-riżultati tal-ewwel eliminatorja u tas-semifinali ġew ikkonfermati minn nutar pubbliku. Dawn huma l-kanzunetti finalisti tal-45 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fis-7 ta’ Awwissu 2021 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra, dejjem skont kif jippermettu r-regolamenti maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-Kanzunetti Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu (2021) - f'Ordni Alfabetika Kanzunetta - Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur) Attakki Virtwali - Mark Cachia (Mark Cachia) Fuq L-Ixkaffa - Sean Borg (Philippa Naudi u Bettina Muchmore) Għada Jisbaħ Ukoll - Philip Vella u Maria Spiteri (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella) Ħarstek - Rachel Lowell (Joe Julian Farrugia, Philip Vella) Il-Bajtar Sar - Dario u Grecia Bezzina (Rita Pace, Dario Bezzina) Is-Sirena Li Welldet it-Tama - Haley Azzopardi (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas) Kunċert Impromptu - Thea Gauci u Nedved Galea (Rita Pace, Mark Cachia) L-Għeneb il-Qares - Daniel Muscat Caruana (Rita Pace, Mark Scicluna) Logħba Ċess - JAMM Band (Mark Cachia) Logħba tal-Kaxxi - Karm Debattista [...]
Laqgħa fi Spazju Kreattiv 9/3/16
Laqghainformattivanharl-Erbgħa 9 ta’ Marzu fis-6.00 fi Studjo B fi SpazjuKreattiv il-Belt, dwarL-Għanjatal-Poplu – Festival tal-KanzunettaMaltija
Ikbilna li tixtieq tattendi hawn http://www.ghanjafest.com/tnedija-ghanja-tal-poplu-2015/
Manwel Mifsud dwar il-Kanzunetta bl-ilsien Malti
intervistat minn Michael Bugeja
X’tgħid dwar Il-qawmien li kien hemm dawn l-aħħar snin fl-użu tal-ilsien Malti minn gruppi żgħażagħ fi sfond ta’ mużika kontemporanja (vs l-istil li aktar kienet magħrufa għalih il-kanzunetta Maltija fil-passat)?
Dari, ngħidu aħna sa sebgħin jew sittin sena ilu, il-Malti kien qab
elxejn lingwa mitkellma u l-problema tiegħu kienet li – minkejja li kien l-ilsien nazzjonali – ma kienx qiegħed […]
L-Għanja tal-Poplu – Tnedija ser issir fi Frar
Wara numru ta’ żviluppi ġodda u nteressanti li saru tul dawn l-aħħar jiem il-Festival tal-Għanja tal-Poplu ser jieħu xejra ġdida. Qegħdin naħdmu biex flimkien ma’ diversi entitajiet kulturali jinħolqu aspettattivi ġodda li jagħmlu ġid għall-wirt kulturali tal-Għanja tal-Poplu.
Għaldaqstant it-tnedija li kellha issir il-Ħamis 14 ta’ Jannar 2016 ġiet postposta għal iktar tard. Iktar dettalji ser jitħabbru mill-iktar fis possibli.