News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

Mistoqsijiet Frekwenti – Dwar GħTP 2021

Mistoqsijiet Frekwenti - Dwar GħTP 2021 M: Bir-regolamenti l-ġodda tas-saħħa, xorta se jsir il-festival? T: Il-pjan hu li l-festival jittella' fis-7 ta’ Awwisu bis-sehem tal-orkestra fi Pjazza Teatru Rjal. F’kas li r-regolamenti tas-saħħa ma jippermettux, il-festival isir skont iċ-ċirkustanzi, b’mod differenti bħas-sena li għaddiet. M: Jista’ jkun hemm estensjoni tad-data tas-sottomissjoni tal-kanzunetti? T: Id-dati stabbiliti fir-regolamenti  ġew maħsuba sew u d-data ta’ l-għeluq tal-5 ta’April tibqa’ valida. Madankollu se nagħtu fakultà ta’ estensjoni. Min irid jagħmel użu minn din l-estensjoni, mitlub javżana fuq 99882646 (sal-4 ta’ April) biex intuh permess jissottometti l-kanzunetta sal-14 ta’April. Wara l-5 ta’ April, kull sottomissjoni tinkludi ħlas ta' €80 minflok €60. Il-kanzunetti jintlaqgħu online mill-paġna  www.ghanjafest.com/sottomissjoni-2021/ . M: Jien se nagħlaq sittax-il sena. Nista’ nieħu sehem f’ L-Għanja tal-Poplu?  T: Min jieħu sehem fil-festival (awtur, kompożitur u kantant) irid ikun għalaq 16-il sena sa dakinhar tal-festival. Il-festival joffri palk fejn wieħed jista’ jesprimi ruħu bl-ikbar libertà permezz tal-kanzunetta. Il-festival joffri wkoll spazju għal gruppi mużikali u kantawturi li barra li jkantaw ikunu jixtiequ jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom stess. M: Il-kanzunetti ta’ L-Għanja tal-Poplu jridu jkunu b’xi tema jew stil [...]

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top