Biex Inkantaw Kif Nitkellmu
LEJN IL-KANZUNETTA MALTIJA AKTAR MALTIJA Noħolqu kant fuq it-tonalità ta’ kif nitkellmu Jikteb: JOE C AQUILINA Hawn jien, ftit xhur ’il bogħod milli nagħlaq 69 , qiegħed nipproponilek idea li ilha tħammem ġo moħħi bosta snin. Jien minix akkademiku, la fil-Mużika u l-anqas fil-Lingwa Maltija. Però, warajja hemm ħażna ta’ mijiet (forsi eluf) ta’ kanzunetti li ktibt tul ħajti, il-biċċa l-kbira bil-Malti, fuq tema l-aktar religjuża u kultant soċjali. Imma hemm leħen isaqsini b’mod insidjuż: “Imma billi ktibt bil-Malti, b’daqshekk tista tgħid li ħloqt kanzunetta Maltija?” Dawn l-aħħar snin għamilt kif kien għamel Gaetano Buttiġieġ u qlibt għall-Malti madwar 400 kanzunetta barranija ta’ żmieni biex inkun nista’ nkantahom fid-djar tal-anzjani. Qarribt kemm jista’ jkun l-aċċent biex min jismagħhom ikantahom faċilment. Segwejt prinċipju li, fejn nista’, jien inħalli l-ħoss oriġinali tal-kelma. Per eżempju, “Santa Luċija” qlibtha “fl-akbar ħruxija”. Qlibt ukoll ħafna innijiet bl-Ingliż għall-Malti, l-aktar popolari hu “He is Lord” li kulħadd jafha bħala “Hu l-Mulej”. Imma b’daqshekk nista’ ngħid li dawk huma innijiet/kanzunetti Maltin? Żgur li le! Meta mbagħad nibda nanaliżża xi ktibt tul is-snin, ninduna kemm ktibt kanzunetti oriġinali li l-ħoss, [...]
Kanzunetti Rebbieħa
2014 Jien ma Naħdimx, Kl: Rita Pace Muż: Mark Scicluna
2013 Hawn Siġġu Nieqes, Kl: Paul Ellul, Muż: Mark Spiteri Lucas
2012 Malta Tiegħi, Kliem u Mużika: KulTural
2010 Mill-Għajnejn ta’ Tifla, Kliem u Mużika: Corazón Mizzi
2009 Tal-Aħħar, Kliem u Mużika: Corazón Mizzi
2008 L-Uffiċċju, Kliem u Mużika: Mario Vella mal-Grupp Brikkuni
2007 Hawn Jien, Kliem u Mużika: Corazón Mizzi
2006 Kyrie Eleison, Kl: Augusto Cardinali, Muż: Giovann Attard
2005 Żewg Qagħqiet, Kliem u Mużika: […]