News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

Ippublikati r-Regolamenti 2024

KLIKKJA HAWN BIEX TAPPLIKA ONLINE Titħabbar it-48 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024 Bi pjaċir inħabbru t-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fit-3 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-festival L-Għanja tal-Poplu joffri l-liberta’ lill-artisti tal-kanzunetta Maltija li jużaw kwalunkwe ġeneru mużikali li jixtiequ biex jesprimu l-emozzjonijiet u l-ideat tagħhom. Il-festival ta’ din is-sena jkun suċċess jekk ikun fih kanzunetti ta’ kwalita’ bil-Malti li jkunu relevanti għall-poplu Malti. Il-festival jiżvolġi fi tlett fażijiet. Fl-ewwel fażi, il-ġurija tagħżel 40 kanzunetta semifinalista mill-kanzunetti kollha li jkunu applikaw. Fit-tieni fażi, ġurija oħra tisma’ l-kanzunetti semifinalisti kantati live u minnhom jintgħażlu s-sittax-il kanzunetta finalista. Fil-finali il-kanzunetti jkunu akkumpanjati live mill-Malta Concert Orchestra. Gruppi mużikali jistgħu jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom stess. F’dan l-istadju se jkun hemm żewġ ġuriji: il-ġurija popolari u l-ġurija professjonali. Il-festival wasal fit-48 edizzjoni tiegħu u sal-lum jattira b’entużjażmu t-talent żgħażugħ kif ukoll dak ta’ esperjenza. Tul dawn l-edizzjonijiet kollha, sena wara l-oħra, L-Għanja tal-Poplu ħeġġeġ il-kitba ta’ kanzunetti bl-ilsien Malti u [...]

Semifinalisti-2022

 

Is-Semifinalisti tas-46 Edizzjoni tal-GħTP

B’kollox ġew sottomessi 131 kanzunetta għas-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn il-ġurija komposta minn 4 ġurati għażlet l-40 kanzunetta semifinalista. Il-ġurati semgħu l-kanzunetti u kitbu l-kummenti […]

Webinar 2022



Webinar 2022 għall-Artisti tal-kanzunetta Maltija nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar mis-6 pm sas-7.30 pm.


Dan il-webinar miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija, speċjalment għal min jixtieq jieħu sehem f’L-Għanja tal-Poplu.

L-Għanja tal-Poplu 2022

Is-46 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu se tittella’ fi Pjazza Teatru Rjal nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju 2022 bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt it-tmexxija ta’ Mro Paul Abela.
Il-kanzunetti se jintlaqgħu online bejn il-Ġimgħa 25 ta’ Frar u l-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2022 u

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top